Titli
EMAN BONNICI
Immediate availability
€ 2.00
Dwar dan il-ktieb:
Għalkemm fid-daħla tal-ewwel ktejjeb ta’ din is-sensiela taħt l-isem “San Rajmondu Nonnato u Kardinali oħra b’fama ta’ qdusija” semmejna li l-lista ta’ Kardinali meqjusa li kienu jħaddnu l-qdusija matul is-sekli jaf tidher waħda kemxejn qasira, l-ismijiet qegħdin niġbruhom fi tliet ħarġiet differenti. Dan it-tieni ktejjeb ser iwassalna għat-tmiem tal-Medju Evu, idaħħalna fil-perjodu mqalleb tas-Seklu Sittax, li matulu seħħet ir-Riforma Protestanta, li kienet daqqa ta’ ħarta għall-awtorità tal-Knisja u l-Papat, u jwassalna mir-Rinaxximent għall-eri Klassika, Napoleonika, Industrijali u Romantika sal-bidu tas-seklu għoxrin. Matul dawn is-sekli ħafna drabi mdemmija, li fihom bosta membri tal-Kulleġġ Kardinalizju, kif nafu mill-Istorja, waqgħu vittmi tal-lussurja u tal-vanità aktar minn qatt qabel, xorta waħda kellek membri li edifikawh u sal-lum għadhom meqjusa bħala wħud mill-akbar qaddisin li qatt ħarġu minn fost dawk li ħaddnu l-porpra. L-isem ta’ dak li qed jinġieb fit-titlu huwa biżżejjed biex jikkonferma dan. Kif qal San Ġwann tas-Salib, “Ladarba r-rieda jkun messa Alla nnifsu, qatt ma tkun sodisfatta b’xejn għajr b’Alla.”
(Id-Daħla tal-Awtur)
Werrej:
Daħla
- Elija de Bourdeilles O.F.M. Obs. (1483)
- Filippu tal-Lussemburgu (1495)
- Franġisk Jimènez de Cisneros O.F.M. (1507)
- Ġwanni Fisher (1535)
- Karlu Borromeo (1560)
- Stanislaw Hozjusz (1561)
- Pawlu Burali ta’ Arezzo Theat. (1570)
- Cesare Baronio Orat. (1596)
- Franġisk Marija Tarugi Orat. (1596)
- Robertu Bellarmino S.J. (1599)
- Girgor Barbarigo (1660)
- Marcantonio Barbarigo (1686)
- Marcello d’Aste (1699)
- Giovanni Alberto Badoer (1706)
- Ġwanni Marija Tomasi di Lampedusa Theat. (1712)
- Pier Marcellino Corradini (1712)
- Giovanni Antonio Guadagni O.C.D. (1731)
- Karlu Odeschalchi S.J. (1823)
- Lodovico Altieri (1840)
- Sisto Riario Sforza (1846)
- John Henry Newman Orat. (1879)
- Guglielmo Massaia O.F.M. Cap (1884)
- Ġużepp Beneditt Dusmet O.S.B. (1889)
- François-Marie-Benjamin Richard de la Vergne (1889)
- Giuseppe Guarino (1893)
- Ciriaco Marìa Sancha y Hervàs (1894)
- Andrea Carlo Ferrari (1894)
- Girolamo Maria Gotti O.C.D. (1895)
- Rafel Merry del Val y Zulueta (1903)
- Marcelo Spìnola y Maestre (1905)
- Desirè Fèlicien-François-Joseph Mercier (1907)
- Pietro La Fontaine (1916)
- August Hlond S.D.B. (1927)
- Alfredo Ildefonso Schuster O.S.B. (1929)