FRIGGIERI Oliver - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
AWTURI

OLIVER FRIGGIERI twieled il-Furjana fis-27 ta’ Marzu 1947. Beda jikteb il-poeżija meta kien għadu fl-iskola Primarja tal-Furjana, minn fejn għadda għas-Seminarju u għall-Università. Hu l-awtur ta’ numru kbir ta’ kotba (poeżiji, rumanzi, novelli u kritika letterarja) maħruġa f’Malta u f ’diversi pajjiżi barranin. Bosta xogħlijiet letterarji tiegħu ġew maqlubin f’diversi lingwi. L-istudji tiegħu, bl-Ingliż u bit-Taljan, dehru f’għadd kbir ta’ rivisti akkademiċi internazzjonali. Huwa kien kofundatur tal-Moviment Qawmien Letterarju, u għamel żmien l-editur tar-rivista Il-Polz (1969–1973). Kien ukoll kofundatur tar-rivista Sagħtar, u ħadem mill-qrib ma’ Pawlu Mizzi biex twaqqaf il-Klabb Kotba Maltin fl-1971. Ħa l-ewwel M.A. (1975) u wara l-Ph.D. (1978) fil-letteratura Maltija b’teżijiet ta’ kritika komparata. Huwa beda l-karriera tiegħu bħala għalliem fl-iskejjel sekondarji (1968–1975), u aktar tard inħatar lettur fid-Dipartiment tal-Malti, fl-Università ta’ Malta (1976–1990). Kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, kariga li żamm mill-1988 sal-2002, u Professur tal-Letteratura mill-1990. Fost ix-xogħlijiet ewlenin tiegħu nsibu: Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji; L-Istramb; Pawlu ta’ Malta; L-Għanja ta’ Malta; Il-Poeżija Maltija; Stejjer għal Qabel Jidlam; Il-Gidba; L-Idea tal-Letteratura; Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri; Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ; It-Tfal Jiġu bil-Vapuri; Storja tal-Letteratura Maltija; Il-Kultura Taljana f ’Dun Karm; L-Istudji Kritiċi Miġbura; L-Istorja tal-Innu Malti; u Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel. Ittraduċa wkoll xogħlijiet mil-Latin, mit-Taljan u mill-Ingliż, fosthom De Arte Poetica ta’ Orazju, Ħrejjef għat-Tfal ta’ Grimm u Andersen, Għajn ix-Xemx ta’ Ebejer, u Il-Ħanut tal-Arġentier ta’ Woytyla. Fis-sena 2012, Oliver Friggieri ngħata t-titlu ta’ ‘Ufficiale al Merito della Repubblica Italiana’ mill-President tar-Repubblika Taljana, Giorgio Napolitano. Imbagħad, fis-sena 2016, ingħata ‘Premio Roma’ mill-Associazione Ostia Cultura Onlus, u l-ewwel Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ għall-kontribut letterarju eċċezzjonali tiegħu. Oliver Friggieri miet nhar il-21 ta’ Novembru 2020 fl-għomor ta’ 73 sena. Huwa jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-awturi u l-ħassieba l-aktar rispettati tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin.
Pubblikazzjonijiet:
Immediate availability
€ 5.50
Add
Immediate availability
€ 20.00 € 25.00
Add
Discount!
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content