MARCONI Nazzareno - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
NAZZARENO MARCONI twieled Città di Castello (Perugia, l-Italija) fit-12 ta’ Frar 1958. Wara l-istudji klassiċi f’Città di Castello, fl-1977 daħal bħala student fis-Seminarju Pontifiċju Maġġuri ta’ Ruma u għamel il-Baċellerat fil-Filosofija fl-Università Pontifiċja Laternanesi u l-Liċenzja fit-Teoloġija fl-Università Pontifiċja Gregorjana. Ordnat presbiteru fit-2 ta’ Lulju 1983, inkardinat fid-Djoċesi ta’ Città di Castello, baqa’ bħala Assistent fis-Seminarju Pontifiċju Maġġuri ta’ Ruma. F’Lulju 1985 għamel il-Liċenzja fl-Iskrittura Mqaddsa fl-Istitut Pontifiċju Bibliku. Lura fid-djoċesi fl-1987 u maħtur Viċi-Parroku ta’ San Ġustinu f ’Perugia, beda jiżvolġi korsijiet u seminars fl-Istitut Teoloġiku ta’ Assisi. F’Ottubru 1989 ġab il-kwalifika ta’ Kandidat għad-Dottorat fl-Iskrittura Mqaddsa fl-Istitut Pontifiċju Bibliku. Mill-1987 u l-2003 kien għalliem tar-reliġjon fl-iskola statali medja u superjuri. Fl-istess snin għallem ukoll fl-Iskola Djoċesana tat-Teoloġija “Cesare Pagani” tal-Belt ta’ Castello u f’dik ta’ Perugia “Leone XIII”. Mill-1990 sal-2004 kien Direttur tal-Uffiċċju Kateketiku tad-Djoċesi ta’ Città di Castello. Fl-1990 ġie maħtur Professur Inkarigat fl-Istitut Teoloġiku ta’ Assisi. F’Ottubru 1997 għamel id-Dottorat fit-Teoloġija Biblika fl-Università Pontifiċja Urbanjana bit-teżi: Analiżi narrattiva tal-istejjer ta’ Ġużeppi, Ġen 37-50. Fl-1998 inħatar Kappillan ta’ Citerna f’Perugia u fl-2003 Professur Stabbli Straordinarju tal-Iskrittura Mqaddsa fl-Istitut Teoloġiku ta’ Assisi. Mill-2004 sal-2013 kien Rettur tas-Seminarju Pontifiċju Reġjonali tal-Umbrija “Pio XI” f’Assisi. Mill-2005 hu Kappillan tal-Qdusija Tiegħu. Mill-2005 sal-2011 kien Direttur tal-Uffiċċju Kateketiku Reġjonali tal-Umbrija. Mill-1 ta’ Settembru 2013 hu Ko-Parroku fil-Parroċċa ta’ San Donato fi Trestina (Città di Castello). Mill-1983 sal-1987, waqt li kien Assistent fis-Seminarju Pontifiċju Maġġuri ta’ Ruma, ikkollabora mal-Uffiċċju tal-Pastorali tal-Familji tad-Djoċesi ta’ Ruma u tal-Konferenza Episkopali Taljana bħala editur ta’ sussidji għat-talb u l-katekeżi u bħala relatur f’xi konvenji dwar l-użu tal-Bibbja fil-pastorali. Mill-2002 sal-2004 kien membru fil-bord editorjali tar-rivista Presbyteri (QS editrice, Trento) li fiha kkollabora perjodikament b’artikli ta’ spiritwalità biblika. Fl-istess snin kien membru taċ-Centro Studi dell’Unione Apostolica del Clero. Mill-2002 sal-2004 kien professur tat-Teoloġija fl-Università LUMSA, Fakultà tax-Xjenzi tal-Edukazzjoni, sede ta’ Gubbio. Mill-1990 sal-2001 ikkollabora fil-proġett “Bibbia” tal-LUX-VIDE għar-RAI, fejn segwa bħala Konsulent storikueseġetiku l-produzzjoni ta’ 13-il film ta’ natura biblika u kateketika għat-televiżjoni. Fost l-oħrajn, Genesi, Abramo, Giuseppe, Mosè, Jesus, u Apocalisse. Mill-1987 sal-lum ippubblika fost l-oħrajn diversi artikli ta’ spiritwalità biblika f’kollaborazzjoni organika ma’ diversi rivisti, fosthom: Il Cursore (Ruma), Famiglie a Roma (Ruma), La Voce (Perugia), Il Portico (Cagliari), u Culmine e fonte (Ruma). Il-qasam tar-riċerka eseġetika u teoloġika tiegħu issa ilu sew ikkonċentrat fuq il-problematiċi tar-relazzjoni bejn ix-xbieha (mill-Arti, għaċ-Ċinema għat-TV) u l-Kelma ta’ Alla. Għal dan l-argument iddedika xi pubblikazzjonijiet u bosta konferenzi f’diversi partijiet tal-Italja. Ikkollabora organikament b’mod partikulari fi proġetti mifruxa fuq bosta snin ta’ formazzjoni pastorali u biblika mad-Djoċesijiet ta’ Ruma, Assisi, Perugia, Modena, Macerata, u Cagliari.
Pubblikazzjonijiet:
Immediate availability
€ 7.00
Add
New!
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2022. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content