AWTURI
BRUNO FORTE, twieled fl-1949 f’Napli u kien ordnat saċerdot fl-1973. Duttur fit-Teoloġija fl-1974 u fil-Filosofija fl-1977, kien sal-2004 Ordinarju tat-Teoloġija Dommatika fil-Pontificia Facoltà Teologica dell’Italia Meridionale. Għadda żmien twil fir-riċerka f’Tubinga u f’Pariġi. Ta konferenzi u lezzjonijiet f’ħafna universitajiet Ewropej u Amerikani u korsijiet ta’ aġġornament u ta’ eżerċizzi spiritwali f’ħafna kontinenti. Huwa membru tal-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura u dak tal-Għaqda tal-Insara. Għal għaxar snin kien parti mill-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali tas-Santa Sede: fiha ppresieda l-grupp tax-xogħol li ħa ħsieb l-edizzjoni tad-dokument Memoria e riconciliazione: la Chiesa e le colpe del passato (Frar 2000). F’Ġunju 2004 Ġwanni Pawlu II ħatru Arċisqof Metropolita ta’ Chieti-Vasto. Huwa membru tal-Kummissjoni Mista Internazzjonali Kattolika-Ortodossa u tal-Kummissjoni Mista bejn il-Knisja Kattolika u l-Gran Rabbinat ta’ Israel.
Pubblikazzjonijiet: