Titli
Dwar dan il-ktieb:
Il-Knisja hija Appostolika għaliex hija mibnija fuq il-pedamenti tal-Appostli, u dawn intbagħtu biex ixandru l-Bxara t-Tajba lill-bnedmin kollha. Għaldaqstant il-Knisja tħares u twassal, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, li jgħammar fiha, it-tagħlim permezz tal-uffiċċju fdat personalment mill-Mulej lil San Pietru, l-ewwel fost l-Appostli. Is-Suċċessuri ta’ San Pietru huma fid-dmir li jgħallmu. Il-Knisja titkellem bil-fidi u bl-esperjenza twila tagħha. Hi titkellem mad-dinja kollha, għax tfittex u tqassam il-ġid veru li mhuwiex ta’ din id-dinja u tkompli l-missjoni ta’ Kristu u l-kmand tal-Mulej li nwasslu l-Bxara t-Tajba lill-bnedmin kollha.
Werrej:
Kelmtejn qabel
- It-tagħlim tal-Knisja mera ta’ ħajja dejjem ġdida
- Il-kitbiet tal-Papa huma duwa u fejqan
- L-enċikliki: toroq ta’ rikostruzzjoni soċjali
- Il-Knisja: kolonna u sies tas-sewwa
- Rabta bejn id-drittijiet u d-dmirijiet
- Il-Knisja pedament tal-verità
- Il-Konċilju Vatikan II: il-Knisja u t-tibdiliet soċjali
- Bniedem mingħajr il-libertà reliġjuża huwa bniedem bla dinjità umana
- Il-Knisja, id-dinja u d-dehra Nisranija tal-iżvilupp
- Il-għemil ta’ mħabba fiż-żwieġ u l-ippjanar tal-familja
- L-istorja tal-fidwa tal-bniedem, avvent dejjem imġedded fil-Knisja
- Morru għallmu l-ġnus kollha
- Il-Knisja bħal missier l-iben il-ħali: “Tħassru u b’ġirja nxteħet fuq għonqu u biesu”
- Ix-xogħol huwa dritt u d-dinjità ta’ kull bniedem
- Il-familja Nisranija hija knisja fil-Knisja ta’ Kristu
- Is-sehem tal-Verġni Marija fil-pjan tal-fidwa
- Il-lajċi Nsara magħqudin huma kollaboraturi ma’ Alla
- Il-Knisja pellegrina hi minnha nnifisha missjunarja
- Il-moralità u l-evanġelizzazzjoni l-ġdida
- Il-liġi umana ġejja mil-liġi eterna
- L-Ewkaristija tmantni u tibni l-Knisja