Titli
MARTIN MICALLEF
Immediate availability
€ 5.00
€ 6.00
MARTIN MICALLEF
SETT TA' TLIET KOTBA
Format: Qoxra ratba
Qjies: 210x130mm
Paġni: 184/128/132
Sena: 2020-2022
SETT TA' TLIET KOTBA
Format: Qoxra ratba
Qjies: 210x130mm
Paġni: 184/128/132
Sena: 2020-2022
Immediate availability
€ 15.00
€ 19.00
Dwar dan il-ktieb:
Fi żmien ir-Randan, niġu mistednin sabiex nerġgħu nħarsu lejn il-ħajja tagħna u ngħixuha bħala wlied Alla, kif tassew aħna. Is-siltiet tal-Evanġelju tal-Ħdud tar-Randan huma ta’ għajnuna kbira f’din il-mixja tagħna wara Ġesù. Fl-Ewwel Ħadd se nakkumpanjaw lil Ġesù fit-tentazzjonijiet li matulhom wera li kien tassew l-Iben ta’ Alla. Fit-Tieni Ħadd se nitilgħu ma’ Ġesù fuq muntanja u naraw is-sbuħija tiegħu li ddewwaqna minn kmieni l-glorja tal-Qawmien. Fit-Tielet Ħadd se nisimgħu sejħa qawwija għall-indiema f’relazzjoni mal-paċenzja kbira li l-Mulej juri lejna l-midinbin. Fir-Raba’ Ħadd se nikkontemplaw il-ħniena kbira ta’ Alla permezz tal-parabbola tal-missier ħanin li kellu żewġ ulied ingrati lejh. Fil-Ħames Ħadd se nassistu għall-episodju tal-mara li nqabdet fid-dnub u kif Ġesù, filwaqt li ħelisha mill-kundanna tal-mewt, wera l-ipokrisija ta’ dawk li kienu qed jakkużawha.
Werrej:
L-EWWEL ĦADD TAR-RANDAN: Ġesù mġarrab mix-Xitan
- Lectio
- Meditatio
- Oratio
- Contemplatio
- Operatio
IT-TIENI ĦADD TAR-RANDAN: It-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù
- Lectio
- Meditatio
- Oratio
- Contemplatio
- Operatio
IT-TIELET ĦADD TAR-RANDAN: L-indiema u l-grazzja
- Lectio
- Meditatio
- Oratio
- Contemplatio
- Operatio
IR-RABA’ ĦADD TAR-RANDAN: Missier il-ħniena
- Lectio
- Meditatio
- Oratio
- Contemplatio
- Operatio
IL-ĦAMES ĦADD TAR-RANDAN: Il-mara li nqabdet fl-adulterju
- Lectio
- Meditatio
- Oratio
- Contemplatio
- Operatio