Jgħix fija Kristu - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
Titli
Bibbja
GIUSEPPE PULCINELLI
Immediate availability
€ 5.00
Add
Dwar dan il-ktieb:

Minn Lhudi mħeġġeġ, ħarries kburi tal-Liġi, Pawlu ħalla ’l ħajtu tinqaleb u aċċetta li jitlef dak kollu li għalih kien ifisser sigurtà biex jinxteħet għall-qadi tal-Evanġelju li għalih kien sinonimu mal-persuna ħajja ta’ Kristu: “Għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi rebħ” (Fil 1:21); “Minħabba fih ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lil Kristu, u nkun ninsab fih” (Fil 3:8-9). Il-kuntatt fil-fond ma’ Pawlu ma jistax iħallina indifferenti: ir-radikalità dejjiema ta’ l-Evanġelju li hu pprietka twassalna biex naħsbu kif aħna tassew Insara anki llum fis-seklu XXI u hekk ma jonqosx li terġa’ tqajjem fina mill-ġdid sens ta’ meravilja u stagħġib.
Werrej:

PREŻENTAZZJONI

DAĦLA
  • Xhieda waħdanija
  • L-ewwel teologu tal-Kristjaneżmu
  • L-għejjun ta’ informazzjoni
  • Il-kronoloġija

L-Ewwel Parti - IL-ĦAJJA
SAWL QABEL DAMASKU
  • Sawl jew Pawlu?
  • Imrobbi f’Tarsu taċ-Ċiliċja
SAWL F’ĠERUSALEMM
  • Fl-iskola ta’ Gamaljel
  • Pawlu kien miżżewweġ?
MINN PERSEKUTUR GĦAL NISRANI
  • Persekutur ta’ l-Insara
  • Il-laqgħa ma’ Kristu
L-IMPATT TA’ DAMASKU
  • Taqliba Radikali
  • Konverżjoni jew sejħa?
  • Il-persuna ħajja ta’ Kristu
  • Dejn ta’ mħabba
L-EWWEL WEĠGĦAT
  • Fl-Għarabja u f’Ġerusalemm
  • L-aħbar lill-pagani
L-“UĠIGĦ” TA’ L-IDENTITÀ
  • Intopp perikoluż
  • Il-Konċilju ta’ Ġerusalemm
  • Il-kontroversja ta’ Antjokja
  • L-Appostli u Pawlu l-“Appostlu”
IL-VJAĠĠI MISSJUNARJI
  • Bniedem f’mixja
  • L-ewwel vjaġġ (Atti 13-14)
  • It-tieni vjaġġ (Atti 15: 36 - 18: 22)
  • It-tielet vjaġġ (Atti 18: 23 - 21: 16)
  • Appostlu u formatur
  • “Kollox nagħmel biex inxandar lil Kristu!”
WIĊĊ JO’ RĠEJJEN
  • Minn Ġerusalemm għal Ruma
  • Il-martirju ta’ l-Appostlu

It-Tieni Parti - L-ITTRI
L-EPISTOLARJU PAWLIN
  • Pawlu kittieb?
  • L-“istil” ta’ l-ittri ta’ Pawlu
  • Fil-kanone tat-Testment il-Ġdid
IL-KITBIET TA’ PAWLU
  • L-Ewwel Ittra lit-Tessalonkin
  • L-Ewwel Ittra lill-Korintin
  • It-Tieni Ittra lill-Korintin
  • L-Ittra lill-Filippin
  • L-Ittra lil Filemon
  • L-Ittra lill-Galatin
  • L-Ittra lir-Rumani
IL-KITBIET TAT-TRADIZZJONI PAWLINA
  • L-Ittri lill-Kolossin u lill-Efesin
  • It-Tieni Ittra lit-Tessalonkin
  • Iż-żewġ Ittri lil Timotju u l-Ittra lil Titu

It-Tielet Parti - IL-ĦSIEB
IT-TEOLOĠIJA TA’ PAWLU
  • Wieħed li jfendi għal rasu?
  • Teoloġija applikata
  • L-esperjenza tal-grazzja
ĠESÙ, IL-MULEJ MSALLAB U RXUXTAT
  • Il-ġrajjiet tal-ħajja fuq l-art ta’ Ġesù
  • Ġesù, Pawlu u l-Liġi
JEW ĠESÙ JEW IT-TORAH
  • Il-viżjoni Pawlina
  • Ir-rwol tal-Liġi
IL-VANĠELU PAWLIN
  • Il-ġustifikazzjoni li tingħata b’xejn
  • Il-ġustifikazzjoni bil-fidi
L-ATTWALITÀ TA’ PAWLU
  • Il-punt ewlieni
  • Mudell ta’ inkulturazzjoni

Ir-Raba’ Parti - L-IMKEJJEN
IL-“KNEJJES OMMIJIET” TA’ PAWLU
  • L-Insara f’Damasku
  • Antjokja tas-Sirja
FILIPPI, TESSALONIKA U EFESU
  • Filippi, bieb miftuħ fuq l-Ewropa
  • Tessalonika, muftieħ għat-Triq Enjazja
  • Efesu, il-belt ta’ Artemide
L-IMPATT MA’ ATENI U KORINTU
  • Ateni, belt il-filosfi
  • Korintu, belt laxka
IL-QABAR TA’ L-APPOSTLU
  • Il-Bażilka ta’ San Pawl barra l-Ħitan
  • L-aħħar stħarriġ arkeoloġiku

BIBLJOGRAFIJA
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content