Titli
Dwar dan il-ktieb:
Niftakar meta kont daqsxejn ta’ tfajjel, nhar l-14 ta’ Awwissu, lejlet l-Assunta, konna mmorru nagħmlu l-visti tas-Seba’ Santmarijiet. Drawwa hekk sabiħa li hija ħasra li llum kważi nqatgħet għal kollox minn fostna. Niftakar sewwa li aħna u sejrin minn Knisja għal oħra konna ngħidu r-Rużarju fil-private. Il-Knejjes li konna nżuru kienu dawk is-sitta tradizzjonali: Il-Gudja, Il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Għaxaq, Ħ’Attard u l-Mosta, għax hemm min jgħid li s-seba’ waħda hija l-Knisja Katidrali ta’ Għawdex. Hemm imbagħad min iżomm li s-seba’ waħda hija dik ta’ Ħad-Dingli. Madanakollu l-festa f’din il-parroċċa jiċċelebrawha Ħadd fuq il-festa tal-Assunta.
(L-Awtur)