Il-Ġmiel tal-Fidi tagħna Vol. 2 - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
Titli
Il-Ġmiel tal-Fidi tagħna Vol. 2
HECTOR SCERRI
Immediate availability
€ 6.00
Add
Dwar dan il-ktieb:

Nistqarr li f’ċertu sens wieħed mill-isbaħ passaġġi li sibt f’dan il-ktieb huwa fejn l-awtur bi lsien maħlul jitkellem minn qalbu dwar Ommu l-Knisja: “Din hija l-Knisja ta’ Kristu. Din hija l-Knisja li nħobb. Innamrajt magħha għax hi bħal pulmun għas-soċjetà. Pulmun li jagħti nifs ġdid, frisk u mimli ħajja… Innamrajt magħha meta rajtha tifraħ u meta rajtha tibki ma’ wliedha, tħoss il-polz tas-suċċessi u talgħomma tagħhom. Innamrajt magħha meta rajtha tinsatar għax mhedda u meta – ħielsa minn kull xkiel – ilmaħtha ħierġa fil-beraħ u timla mnifsejha b’żiffa ta’ libertà ġdida.” Il-fidi tagħna mhijiex biss waħda personali imma wkoll “ekkleżjali”, fis-sens li aħna nemmnu dak li tgħallem il-Knisja... Dan il-ktieb huwa rigal sabiħ li qed jaslilna f’din is-Sena tal-Fidi.”
 
L-Isqof Mario Grech, mill-Preżentazzjoni
Werrej:

Preżentazzjoni ta’ Mons. Mario Grech
Daħla tal-awtur

L-Ewwel Taqsima: Jiena nemmen f’Alla wieħed fi tliet Persuni
Alla juri lilu nnifsu lill-bniedem
Tagħmel differenza jew le li nemmnu fAlla wieħed fi tliet Persuni?
X’imħabba hija din?


It-Tieni Taqsima: Alla sar bniedem – L-Inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla
Il-Verb sar bniedem u għammar fostna
Aspetti tal-Umanità tal-Verb


It-Tielet Taqsima: Il-Misteru tal-Għid
Il-Quċċata tal-Ħajja Pubblika ta’ Ġesù
Il-mewt ta’ Ġesù bħala l-martirju tar-raġel ġust li jbati
Il-Mewt Espjatorja ta’ Ġesù: Għotja sħiħa
Aħna nemmnu fil-Qawmien ta’ Ġesù minn bejn l-imwiet

Ir-Raba’ Taqsima: Jiena nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika li hija komunità rikonċiljattiva
Melħ, dawl u ħmira
Knisja-Komunjoni
Merħla ċkejkna li tagħti xhieda
Liturġija u Ħajja
Knisja li tgħallem u titgħallem
Knisja-Qaddejja
Il-Knisja li nħobb
L-Ewkaristija tibni l-Knisja
Il-Knisja hija Komunità Rikonċiljattiva
Il-Knisja, kif sa tkun komunità rikonċiljattiva?

Il-Ħames Taqsima: Id-Dommi Marjani
Il-Maternità Divina ta’ Marija: Marija hija Omm Alla
Id-Domma tal-Verġnità ta’ Marija
Id-Domma tal-Konċepiment Immakulat ta Marija
Id-Domma ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema bir-ruħ u l-ġisem
L-Imħabba tal-Poplu Nisrani lejn Marija

Għeluq
Indiċi
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2024. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content