old authors
PAPA BENEDITTU XVI imwieled Josef Aloisius Ratzinger nhar is-16 ta' April 1927) kien il-265 Papa, Isqof ta' Ruma, Kap tal-Knisja Kattolika, u s-Sovran tal-Istat tal-Vatikan. Preżentament huwa Papa Emeritu. Kien elett Papa nhar id-19 ta' April 2005, iċċelebra l-Quddiesa Inawgurali tiegħu bħala Papa ħamest ijiem wara, u ħa pussess tal-Katidral tiegħu, il-Bażilika ta' San Ġwann Lateran, nhar is-7 ta' Mejju 2005. Nhar il-11 ta' Frar 2013, huwa ħabbar li kien ser jirriżenja minn Papa fit-28 tal-istess xahar. Fil-ġurnata magħzula, il-Papa abdika. Bħala Papa Emeritu, Benedittu baqa' jissejjaħ bħala "il-Qdusija Tiegħu", u baqa' jilbes il-libsa bajda ta' Papa. Huwa rari jidher fil-pubbliku. Il-ftit drabi li deher, ħafna minnhom għamilhom fil-preżenza tas-suċċessur tiegħu, Papa Franġisku, u qatt ma esprima ideat kuntrarji għal tiegħu. Franġisku min-naħa tiegħu dejjem semmieh b'tifħir u b'rispett f'kull okkażjoni.
Pubblikazzjonijiet: