OLD titles

STEFAN WYSZYNSKI
u Kardinali oħra b'fama ta' qdusija
Awtur: Eman Bonnici
Kategorija: Ħajjiet
Numru ISBN: 978-99957-3-052-9
Format: Qoxra ratba
Qjies: 191x126mm
Paġni: 64
Sena: 2015
Prezz: €2.00
Dwar dan il-ktieb:
Kategorija: Ħajjiet
Numru ISBN: 978-99957-3-052-9
Format: Qoxra ratba
Qjies: 191x126mm
Paġni: 64
Sena: 2015
Prezz: €2.00
Dwar dan il-ktieb:
Permezz ta’ dan il-ktejjeb wasalna fit-tielet u l-aħħar volum minn sensiela ta’ profili qosra li fakkru membri diversi tal-Kulleġġ tal-Kardinali li għexu u mietu b’fama ta’ qdusija, fama li kibret permezz ta’ virtujiet diversi ta’ wieħed mill-ieħor: uħud wettqu mirakli f’ħajjithom, oħrajn wara mewthom; diversi kienu kkanonizzati formalment mill-Knisja, oħrajn permezz tal-kult; uħud twieldu f’familji l-aktar nobbli u oħrajn f’miżerja; oħrajn tqabdu bla biża’ kontra forom politiċi u dittatorjali qawwija, inkluż viċin iż-żmien tagħna, in-Nażiżmu u l-Komuniżmu; uħud mietu fil-paċi f’soddithom, oħrajn bit-tixrid ta’ demmhom; dawk li ħafna għadhom iħarsu lejhom b’qima u oħrajn li ntesew għalkollox; ismijiet li dwarhom jeżistu fonti diversi u fuq oħrajn ftit li xejn. Dan il-volum iwassalna mill-bidu tas-seklu l-ieħor għall-preżent, b’ismijiet riċenti u pjuttost familjari li bosta minnhom il-proċessi tagħhom għadhom għaddejjin fi ħdan il-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin. Jalla min warajja għad jittratta dan l-istess suġġett, iseħħlu jżid aktar ismijiet ta’ membri mżejna bil-qdusija. Ħa “jilbsu l-ġustizzja l-qassisin tiegħek, jgħajtu bil-ferħ, il-ħbieb tiegħek” [S:132:9].
(Id-Daħla tal-Awtur)