Sidtna Marija li tħoll l-għoqiedi - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
Spiritwalità
MIGUEL CUARTERO SAMPERI

Numru ISBN: 978-9995-730-38-3
Format: Qoxra ratba
Qjies: 148x105mm
Paġni: 48
Sena: 2014
Immediate availability
€ 2.50
Add
Dwar dan il-ktieb:

It-talb lil Omm il-Mulej huwa parti essenzjali ta’ kif il-Kattoliċi jgħixu l-fidi. Hu wieħed mill-elementi tat-tagħlim tat-talb sa miċ-ċokon nett. Ir-rabta bejn l-Omm u Ġesù tarbija, li narawha b’elf mod permezz kapolavuri kbar ta’ pittura u skultura, tnebbaħ is-sentimenti delikati ta’ mħabba, li jsieħbu l-kliem ta’ min idur bil-fiduċja lejn Marija, Omm in-Nisrani u Omm il-Knisja. Hemm ħaġa ta’ sempliċità tal-għaġeb fid-devot li jdur lejn Marija; bħalma hi spontanja u naturali s-sejħa tat-tarbija li biha tiġbed l-attenzjoni tal-preżenza ħarriesa tal-omm. Hu sentiment li kmieni ħafna l-Insara fissruh bit-talba qadima imma dejjem attwali: “Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu, Omm qaddisa ta’ Alla.” Id-devozzjoni Marjana għandha ħafna wċuħ, daqskemm hu kbir l-għadd ta’ xbihat imqegħdin għall-qima tal-Insara fis-santwarji l-kbar, fil-knejjes parrokkjali, f’kappelel żgħar, f’niċeċ li wieħed jarahom imxerrdin ’l hawn u ’l hinn fl-irkejjen tal-binjiet u tat-toroq fil-bliet u l-irħula tagħna. Huma tabilħaqq niċeċ f’salib it-toroq tar-reliġjożità Nisranija, fejn id-devoti, waħdiet jew fi gruppi, jieqfu f’waqt ta’ skiet, ta’ talb, biex jitolbu l-għajnuna. Minn quddiem ix-xbieha ta’ Marija, sikwit bl-Iben fuq dirgħajha, kultant b’San Ġużepp u l-qaddisin tal-post ħdejha, tgħaddi l-ħajja konkreta tal-fidili, mimlija bil-ferħ, bl-istennija, bis-sofferenzi u d-dmugħ ta’ niket. Nies li jfittxu s-sabar, il-paċi, l-għajnuna u t-tama. Hi tabilħaqq oriġinali t-talba lil Marija li tħoll l-għoqiedi, li lilha hu ddedikat il-ktejjeb ta’ Miguel Cuartero Samperi, għal ħafna raġunijiet. L-ewwel nett għax it-talba twieldet fil-Ġermanja fis-seklu 17, iżda mbagħad minn hemm xterdet l-aktar fl-Amerika Latina bil-ħidma ta’ P. Jorge Mario Bergoglio, illum Papa Franġisku, li sar midħla tagħha fiż-żmien tal-istudji tiegħu ta’ speċjalizzazzjoni fit-Teoloġija f’Augsburg. Hu magħruf li bħala arċisqof ta’ Buenos Aires kellu d-drawwa li jehmeż mal-korrispondenza tiegħu xbieha tal-Madonna li tħoll l-għoqiedi. Wieħed imbagħad irid jaħseb fit-tifsira partikulari tat-talba li sa mill-bidu kienet tirreferi għall-għoqiedi tal-ħajja taż-żwieġ, li kultant titwaqqaf fil-mixja minħabba nuqqas ta’ ftehim u ta’ qbil fil-karattri, li joħolqu l-imrar u d-diqa, b’riskju serju li titgħarraq ir-rabta bejn il-miżżewġin sal-punt li mbagħad jitwebblu li jinfirdu u li jheddu s-sħuħija tal-għaqda taż-żwieġ. It-talba ssir lil Marija, biex tgħin lill-miżżewġin jegħlbu l-għemil li jifred tal-ispirtu l-ħażin u jerġgħu jiksbu s-serenità fiż-żwieġ. Barra minn dan, hu oriġinali l-aspett spiritwali tad-devozzjoni, li wera b’mod qawwi u ċar il-kardinal Bergoglio, li kien jagħti l-parir lill-Insara jduru lejn Marija biex il-fidi tagħhom f’Ġesù ssir aktar sempliċi u aktar safja, u b’hekk jitneħħew ix-xkilijiet li jwaqqfu mħabbitna lejn il-Mulej bi spirtu ħieles, seren u mimli bil-fiduċja: id-dgħufija, il-beżgħat, il-miżerji, l-egoiżmi.
+ Paolo Selvadagi
Isqof awżiljarju ta’ Ruma
Werrej:

PREŻENTAZZJONI

IL-ĠRAJJA
  • Familja f’diffikultà
  • Ir-rikonċiljazzjoni
  • Ġrajja straordinarja
  • Il-miraklu morali
  • Il-gratitudni tan-neputi
  • Ix-xbieha ta’ Marija li tħoll l-għoqiedi
  • Tibda d-devozzjoni
  • Tixrid tad-devozzjoni: il-kardinal Bergoglio
  • Il-Madonna li tħoll l-għoqiedi fl-Arġentina
  • Il-kelma tal-kardinal
  • Marija u Papa Franġisku
  • In-novena li tirbaħ lix-xitan
  • Ix-xhieda ta’ eżorċista
  • Il-Madonna li tħoll l-għoqiedi u l-familja
  • Il-Madonna li tħoll l-għoqiedi f’Ruma

IT-TALB
  • Is-supplika
  • Talba
  • Talba tal-kardinal Bergoglio
  • Talba lil Marija ta’ Papa Franġisku

IN-NOVENA
  • Is-sinjal tas-salib
  • Il-Missierna
  • Is-Sliema
  • Il-Glorja
  • L-att tal-indiema
  • Meditazzjoni tal-ewwel jum
  • Meditazzjoni tat-tieni jum
  • Meditazzjoni tat-tielet jum
  • Meditazzjoni tar-raba’ jum
  • Meditazzjoni tal-ħames jum
  • Meditazzjoni tas-sitt jum
  • Meditazzjoni tas-seba’ jum
  • Meditazzjoni tat-tmien jum
  • Meditazzjoni tad-disa’ jum
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2021. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 100 EUR or more.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 100 EUR or more.
Back to content