Go to content

San Rajmondu Nonnato u Kardinali oħa - Copy - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

Skip menu
+356 21 498 343
Skip menu
Skip menu
Skip menu
OLD titles
SAN RAJMONDU NONNATO
u Kardinali oħra b'fama ta' qdusija
Awtur: Eman Bonnici
Kategorija: Ħajjiet
Numru ISBN: 978-99957-3-042-0
Format: Qoxra ratba
Qjies: 191x126mm
Paġni: 64
Sena: 2015
Prezz: €2.00

Dwar dan il-ktieb:

Il-Kulleġġ Kardinalizju matul is-sekli kien protagonist ta’ intriċċi, opportunitajiet, karririżmu, lussu, vanità, assassinji u tant ħwejjeġ oħra li wasslu biex l-element “qaddis” mistenni minn dawk li ħaddnuh, jgħib mill-għajnejn ta’ bosta. Iżda mhux il-membri kollha fl-istorja tal-Kulleġġ inġarru mill-kurrenti li bosta waqgħu fih. Xi wħud kienu kkanonizzati, oħrajn ibbeatifikati, waqt li oħrajn iħaddnu t-titli ta’ Venerabbli, Qaddejja ta’ Alla, jew huma magħduda bħala qaddisin min-nies mingħajr ma kienu qatt ikkanonizzati jew formalment ikkonfermati b’dan it-titlu mill-Knisja. Irridu nfakkru li mhux l-ismijiet kollha ppreżentati hawnhekk jidhru fil-“Bibliotheca Sanctorum”, miġbura fi tnax-il volum bl-inizjattiva tal-Kardinal Pietro Palazzini, biex jinġiebu dawk kollha meqjusin li għexu u mietu bi qdusija minn dawk li għexu magħhom u minn dawk li aktar tard kitbu dwarhom. Ma rridux ninsew ukoll id-diversi membri tal-Kulleġġ, li eletti għall-Papat, baqgħu magħrufa għall-ħajja qaddisa tagħhom. Il-lista ma tinkludix isimhom; dwar il-Papiet inkiteb ħafna u faċli wieħed isib min huma dawk minnhom formalment ikkanonizzati jew meqjusa b’qaddisin b’kulti antiki. Irridu nżommu f’moħħna wkoll li kien biss fis-seklu ħdax li l-kardinali saru l-uniċi eletturi tal-Papa, u kisbu għaldaqstant, prestiġju ferm akbar milli kienu jħaddnu sa dik il-ħabta, u għalhekk beda jkollna aktar dokumentazzjoni u tagħrif dwarhom u dwar min minnhom kien meqjus b’qaddis. Mil-lista twila ta’ membri elevati għall-Kulleġġ, il-lista tagħna forsi tidher kemxejn qasira: tnejn jew forsi tlieta fil-mija mill-membri kollha. Imma kif qal l-Appostlu San Pawl [1Kor 9: 24], il-ġerrejja fl-istadju kollha jiġru imma l-premju wieħed jirbħu.
(Id-Daħla tal-Awtur)
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2025. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content