OLD titles

SAN KARLU BORROMEO
u Kardinali oħra b'fama ta' qdusija
Awtur: Eman Bonnici
Kategorija: Ħajjiet
Numru ISBN: 978-99957-3-046-8
Format: Qoxra ratba
Qjies: 191x126mm
Paġni: 64
Sena: 2015
Prezz: €2.00
Dwar dan il-ktieb:
Kategorija: Ħajjiet
Numru ISBN: 978-99957-3-046-8
Format: Qoxra ratba
Qjies: 191x126mm
Paġni: 64
Sena: 2015
Prezz: €2.00
Dwar dan il-ktieb:
Għalkemm fid-daħla tal-ewwel ktejjeb ta’ din is-sensiela taħt l-isem “San Rajmondu Nonnato u Kardinali oħra b’fama ta’ qdusija” semmejna li l-lista ta’ Kardinali meqjusa li kienu jħaddnu l-qdusija matul is-sekli jaf tidher waħda kemxejn qasira, l-ismijiet qegħdin niġbruhom fi tliet ħarġiet differenti. Dan it-tieni ktejjeb ser iwassalna għat-tmiem tal-Medju Evu, idaħħalna fil-perjodu mqalleb tas-Seklu Sittax, li matulu seħħet ir-Riforma Protestanta, li kienet daqqa ta’ ħarta għall-awtorità tal-Knisja u l-Papat, u jwassalna mir-Rinaxximent għall-eri Klassika, Napoleonika, Industrijali u Romantika sal-bidu tas-seklu għoxrin. Matul dawn is-sekli ħafna drabi mdemmija, li fihom bosta membri tal-Kulleġġ Kardinalizju, kif nafu mill-Istorja, waqgħu vittmi tal-lussurja u tal-vanità aktar minn qatt qabel, xorta waħda kellek membri li edifikawh u sal-lum għadhom meqjusa bħala wħud mill-akbar qaddisin li qatt ħarġu minn fost dawk li ħaddnu l-porpra. L-isem ta’ dak li qed jinġieb fit-titlu huwa biżżejjed biex jikkonferma dan. Kif qal San Ġwann tas-Salib, “Ladarba r-rieda jkun messa Alla nnifsu, qatt ma tkun sodisfatta b’xejn għajr b’Alla.”
(Id-Daħla tal-Awtur)