OLD titles

RIVELAZZJONI U PROFETIŻMU FL-ISLÂM
Awtur: Edmund Teuma
Kategorija: Djalogu
Numru ISBN: 978-99957-3-043-7
Format: Qoxra ratba
Qjies: 210x148mm
Paġni: 172
Sena: 2015
Prezz: €6.00
Dwar dan il-ktieb:
Kategorija: Djalogu
Numru ISBN: 978-99957-3-043-7
Format: Qoxra ratba
Qjies: 210x148mm
Paġni: 172
Sena: 2015
Prezz: €6.00
Bħall-Islâm li huwa xandar, Muḥammad kien u jibqa’ figura kontroversjali. L-uniċi żewġ dati li għandhom x’jaqsmu miegħu u li dwarhom hemm qbil fost l-istudjużi li mhumiex Musulmani huma s-sena 622, meta Muḥammad u dawk ta’ madwaru telqu lejn al-Madîna, u s-sena 632, meta miet il-profeta tal-Islâm.
Dak li sa jsib il-qarrej fil-paġni li ġejjin huwa frott ta’ dawn iż-żewġ ġrajjiet. Ma jistax jonqos li dan ix-xogħol huwa wieħed ħiereġ minn “pinna Franġiskana”. P. Edmund juri ruħu bħala tassew bin il-Fqajjar t’Assisi li kien bniedem essenzjalment evanġeliku u fl-istess waqt bniedem miftugħ għad-djalogu ma’ kulħadd. Huwa ktieb kemm għall-qarrej Nisrani kif ukoll għal dak Musulman. Għal tal-ewwel biex wieħed jagħraf tabilħaqq min huma dawk li, skont il-Lumen gentium (n. 16) “jistqarru li jħaddnu l-fidi ta’ Abraham, u flimkien magħna jqimu lil Alla wieħed u ħanin, l-imħallef tal-bnedmin fl-aħħar jum.” Għal tat-tieni biex dan jagħraf li l-fidi Nisranija tfisser tgħix dak li għamel u li għallem Sidna Ġesù Kristu, li tħaddet, li għamel għeġubijiet, u li ħabb kemm lil-Lhudi kif ukoll lill-pagan, u li ħallielna bħala liġi unika lilu nnifsu: l-Imħabba.
P. Joseph Ellul (mill-Kelmtejn Qabel)