Go to content

MergħatA - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

Skip menu
+356 21 498 343
Skip menu
Skip menu
Skip menu
OLD titles
MERGĦAT
Ħsibijiet fuq il-Vanġeli tal-Ħdud u l-Festi
Awtur: Edmund Teuma
Kategorija: Liturġija
Numru ISBN: 978-99957-3-089-5
Format: Qoxra ratba
Qjies: 216x136mm
Paġni: 336
Sena: 2018
Prezz: €7.00

Dwar dan il-ktieb:

F’mergħat kollhom ħdura jqegħedni...
hemm hu jrejjaqni. (Salm 23)

Il-mergħat li fihom jeħodna l-Mulej huma l-Kelma... hu jrejjaqna bl-istess Kelma. Il-Kelma li kienet mill-bidu dik li ħalqet kollox u dik li għadha llum ukoll tissorprendina bħal għajn li qatt ma tintemm. Meta niġi biex inħejji l-omelija tal-Ħadd, Ħadd wara l-ieħor u sena wara l-oħra, nibqa’ mistagħġeb kif din il-Kelma naraha dejjem ĠDIDA. Dejjem tisfidani b’mod differenti. U jalla, la tagħmel hekk miegħi, tagħmel l-istess ma’ min jismagħha.

Din il-Kelma timxi magħna tul ħajjitna kollha... il-Liturġija tal-Knisja hija sewwasew din: il-ħajja l-ġdida fi Kristu permezz tal-Kelma. F’dan il-ktieb sa ssibu riflessjonijiet qosra dwar il-Vanġeli tal-Ħdud u l-Festi matul is-sena liturġika kollha. U jekk il-Kelma kienet fil-bidu u ħalqet kollox, fil-Vanġelu nsibu l-Kelma li ssir bniedem – Ġesù Kristu. Bih kollox kiseb il-perfezzjoni u permezz tiegħu aħna lkoll mifdija.

Patri Edmund Teuma ried jiġbor dawn il-ħsibijiet li kien qed ixerred dan l-aħħar snin fuq il-media soċjali biex ikunu miġbura fi ktieb u jkunu aktar aċċessibbli. Tolqtok l-essenza fil-qosor u ċ-ċarezza fil-ħsieb... għax Missierna San Franġisk jgħallimna li d-diskorsi tagħna jeħtieġ ikunu qosra, u emmnuni meta jkunu qosra u bis-sens iħallu effett aqwa!

Jalla din il-pubblikazzjoni sservi għal kulħadd bħala mixja lejn il-mergħat fejn lkoll inkunu nistgħu nitrejqu bil-Kelma li tagħti l-Ħajja.
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2025. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content