L-isem ta' Alla huwa Ħniena - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
Titli
Fidi
PAPA FRANĠISKU
Konverżazzjoni ma' Andrea Tornielli
Immediate availability
€ 10.00 € 15.00
Add
Discount!
Dwar dan il-ktieb:

“Il-ħniena hi l-ewwel attribut ta’ Alla. Hi l-isem ta’ Alla. Ma hemm l-ebda sitwazzjoni li ma nistgħux noħorġu minnha, m’aħniex ikkundannati biex negħrqu fir-ramel.”

Bi kliem sempliċi u dirett, il-Papa Franġisku jdur fuq kull raġel u mara tal-pjaneta fi djalogu intimu u personali. Fiċ-ċentru, hemm it-tema li hi l-aktar għal qalbu – il-ħniena – sa minn dejjem il-qalba tax-xhieda tiegħu u issa tal-pontifikat tiegħu. F’kull paġna tidwi x-xewqa tiegħu li jilħaq dawk l-erwieħ kollha – fil-Knisja u barra minnha – li qed ifittxu sens għal ħajjithom, triq ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni, fejqan għall-ġrieħi tal-ġisem u tar-ruħ. Qabelxejn dik l-umanità mifnija u muġugħa li qed titlob li tkun milqugħa u mhux miċħuda: il-foqra u l-imwarrbin, il-ħabsin u l-prostituti, imma anki dawk li jħossuhom mifxula u tbiegħdu millfidi, l-omosesswali u d-divorzjati. Fil-konverżazzjoni tiegħu mal-Vatikanista Andrea Tornielli, Franġisku jispjega – permezz ta’ rakkonti minn żgħożitu u episodji mqanqla mill-esperjenza tiegħu ta’ ragħaj – ir-raġunijiet għal din is-Sena Mqaddsa straordinarja li hu ried b’tant qawwa. Bla ma jwarrab fil-ġenb il-kwistjonijiet etiċi u teoloġiċi, jisħaq li l-Knisja ma tista’ ssabbat il-bieb tagħha f’wiċċ ħadd; pjuttost il-missjoni tagħha hi li tinfed fil-kuxjenzi biex tiftaħ xquq ta’ dawl biex il-bnedmin jagħrfu jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom u jitbiegħdu mill-ħażen li għamlu. F’dan id-djalogu skjett, Franġisku lanqas jibqa’ lura milli jaffronta l-kobba mħabbla fir-relazzjoni bejn ħniena, ġustizzja u korruzzjoni. Lil dawk l-Insara li jgħoddu ruħhom fost il-“ġusti”, ifakkarhom: “Anki l-Papa għandu bżonn tal-ħniena ta’ Alla.”

L-Isem ta’ Alla huwa Ħniena kien ippubblikat f’iżjed minn 85 pajjiż madwar id-dinja.
Werrej:

Lill-qarrej: Il-ħarsa ta’ Franġisku
(Andrea Tornielli)

L-Isem ta’ Alla huwa Ħniena
I. Żmien il-ħniena
II. Id-don tal-Qrar
III. Infittxu mqar l-iċken xaqq ta’ dawl
IV. Midneb, bħal Xmun Pietru
V. Wisq ħniena?
VI. Rgħajja, mhux mgħallma tal-Liġi
VII. Midinbin iva, korrotti le
VIII. Ħniena u kompassjoni
IX. Biex ngħixu l-Ġublew
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content