Go to content

Kissirtni, MulejA - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

Skip menu
+356 21 498 343
Skip menu
Skip menu
Skip menu
OLD titles
KISSIRTNI, MULEJ!
Awtur: Elias Vella
Kategorija: Pastorali
Numru ISBN: 978-99957-3-094-9
Format: Qoxra ratba
Qjies: 210x148mm
Paġni: 272
Sena: 2019
Prezz: €7.50

Dwar dan il-ktieb:

Jien u Patri Elija mhux biss ngħixu fl-istess kunvent imma aħna t-tnejn nieklu fl-istess mejda ħdejn xulxin... u kull darba li jiġi lura mill-vjaġġi twal tiegħu, qabel ma jintasab bilqiegħda biex jiekol, ipoġġi ħdejn il-post tiegħi ktieb ġdid fjamant li għadu kemm ħareġ mill-istamperija.

Patri Elija kiteb u l-kotba tiegħu ġew tradotti b’diversi lingwi: barra bil-Malti u bl-Ingliż, Patri Elija għandu kotba bil-Portugiż, biċ-Ċek, bit-Taljan u bis-Slovakk. Għaliex il-kotba ta’ Patri Elija jħajruk tiksibhom?

Jiena naħseb li l-istejjer li bihom jinqeda biex iwassal il-messaġġ tal-Vanġelu huma ġrajjiet mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Barra minn hekk il-kitba tiegħu hi mexxejja u sempliċi b’tali mod li taqraha u ma tgħejjikx; anzi tħajrek tispiċċa storja u tibda oħra sakemm tintebaħ li wasalt fl-aħħar storja tal-ktieb.

F’idejk għandek ktieb ieħor ta’ Patri Elija. Hemm xi sorpriża fih? F’kull ktieb ta’ Patri Elija dejjem issib sorpriżi ħelwin, interessanti u ġodda; dejjem tiltaqa’ ma’ stejjer li ssibhom qed jirrakkontaw il-ħajja tiegħek bis-sabiħ u bl-inqas sabiħ tagħha.

Patri Ġorġ Zammit OFM Conv. - mill-Preżentazzjoni
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2025. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content