Dan hu l-Ġudajiżmu - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
Djalogu
MARCELLO GHIRLANDO

Numru ISBN: 978-99957-3-029-1
Format: Qoxra ratba
Qjies: 210x148mm
Paġni: 172
Sena: 2015
Immediate availability
€ 7.50
Add
Dwar dan il-ktieb:

It-Tradizzjoni Nisranija tibqa’ dejjem midjuna lejn dik Lhudija; anzi, jiena nħobb napprezza t-Tradizzjoni Lhudija għax nilmaħ – f’bosta aspetti – elementi ta’ kontinwità bejn dak li għex il-Poplu tal-Patt il-Qadim, u l-Poplu l-Ġdid t’Alla. Tant huwa hekk, li l-istess paragrafu ta’ Nostra Aetate jistqarr, kif anki jfakkarna tant tajjeb l-awtur ta’ dan il-ktieb, li: “Għalhekk il-Knisja ma tistax tinsa li hija rċeviet irrivelazzjoni tat-Testment il-Qadim permezz ta’ dak il-poplu li miegħu Alla, fil-ħniena tiegħu li ma titfissirx, għoġbu jwaqqaf il-Patt il-Qadim ta’ ħbiberija; ma tistax tinsa li hi tieħu l-għajxien tagħha mill-għeruq taż-żebbuġa t-tajba...” Il-ktieb ta’ Patri Marcello jeżamina bir-reqqa kollha din iż-żebbuġa t-tajba, mill-għeruq tagħha, iz-zokk, il-friegħi, sal-weraq u l-frott tagħha. Huwa jidħol fid-dettall tal-istorja twila tal-Poplu Lhudi, mill-bidu nett fi żmien il-Patrijarki, u jibqa’ sejjer sat-twaqqif tal-Istat ta’ Israel fl-1948. Jiddedika erba’ kapitli tal-ktieb għal dan il-għan, u b’manjiera mill-isbaħ jinseġ, kif jaf jagħmel tant tajjeb, ir-rakkont storiku ma’ ħafna siltiet mill-Kelma t’Alla li jagħtuna dawl dwar il-mixja twila ta’ dan il-Poplu. Jgħidilna kif issawwar, u minn liema esperjenzi huwa għadda, bħall-ħruġ tiegħu mill-jasar tal-Eġittu, il-monarkija, l-eżilju f’Babel, il-laqgħa ma’ kulturi mżewqa fi żminijiet differenti, it-tbatijiet li ġarrab tul is-sekli, ilkontribut li ta lill-kultura speċjalment dik Ewropea, il-ġrajja kerha tal-Olokawst, iż-żvilupp ta’ kurrenti differenti fi ħdan il-Ġudajiżmu, u oħrajn. Fit-tieni parti tal-ktieb, mill-Kapitlu 5 sa 14, l-awtur ilaqqagħna malesperjenza purament reliġjuża fi ħdan il-Ġudajiżmu, bħall-fidi f’Alla wieħed li huwa l-Ħallieq ta’ kollox, Alla personali li jissejjaħ b’ismu, u r-relazzjoni speċjali bejn Alla u l-Poplu tiegħu – relazzjoni mtappna, xi drabi, minn ġrajjiet ta’ infedeltà u b’qalb tal-ġebel min-naħa tal-Poplu. F’dan il-qafas ta’ relazzjoni personali, napprezzaw l-aspetti kollha li Patri Ghirlando jfisser bir-reqqa kollha – aspetti li huma parti integrali u essenzjali fil-ħajja tal-Lhudi, bħalma huma t-talb, l-indiema, l-iżvilupp fil-ħsieb dwar il-ħajja wara l-mewt, il-kalendarju Lhudi u l-qima, il-jum tas-Sibt, il-festi Lhud, il-jiem ta’ ċelebrazzjoni u dawk tas-sawm, il-ġrajjiet marbutin mat-twelid u mal-mewt, il-ħajja domestika u l-edukazzjoni talulied, u l-ħajja komunitarja li tagħti dak is-sens qawwi ta’ appartenenza li l-Lhud għandhom mhux biss lejn ir-reliġjon imma wkoll lejn il-kultura, il-poplu u n-nazzjon tagħhom.
(Rev. Dr Hector Scerri, mill-Preżentazzjoni)
Werrej:

Preżentazzjoni
Qabel nibdew

1. MILL-PATRIJARKI SAL-EŻILJU
  • Iż-żmien bikri
  • Il-Patrijarki
  • L-Eżodu
  • Id-Dħul fl-Art Imwiegħda u l-Imħallfin
  • Il-Monarkija u ż-żewġ Saltniet
2. MILL-EŻILJU SAL-ĠUDAJIŻMU RABBINIKU
  • L-Eżilju
  • Lura f’Ġuda
  • Ir-Rewwixta tal-Makkabin u d-Dinastija tal-Asmonin
  • Żmien it-Tieni Tempju
  • Rewwixti Lhud kontra r-Rumani u l-bidu tal-Ġudajiżmu Rabbiniku
  • It-twelid tal-Mixnah u t-Talmud
3. IL-ĠUDAJIŻMU F’ARTIJIET ISLAMIĊI U NSARA SAL-IMPERU OTTOMAN
  • Twelid l-Islam
  • Fl-artijiet Musulmani u Nsara
  • Żvilupp tat-tagħlim
  • Il-Mistiċiżmu Lhudi
  • Wiċċ imb wiċċ mal-Inkwiżizzjoni
  • Fl-Imperu Ottoman
4. IL-ĠUDAJIŻMU MIŻ-ŻMIEN BIKRI MODERN SAT-TWAQQIF TAL-ISTAT TA’ ISRAEL
  • Il-Lhud fl-Ewropa
  • Il-Ħasidiżmu
  • Fi Żmien Imdawwal
  • Ir-Riforma
  • Anti-Semitiżmu u Żijoniżmu
  • L-Ideoloġija Nażista u l-Olokawst
  • It-Twaqqif tal-Istat ta’ Israel
5. ALLA LI JIRRIVELA LILU NNIFSU
  • Alla, il-Mulej waħdu
  • Alla Personali li jissejjaħ b’ismu
  • Liġi Miktuba u Liġi Orali
  • Il-Kmandamenti
6. POPLU MAGĦŻUL IMLAQQAM FIL-WEGĦDIET
  • L-Art Imwiegħda
  • Il-Messija
7. POPLU MSEJJAĦ GĦALL-IMĦABBA
  • It-talb
  • Id-Dnub u l-Indiema
  • Il-Ħajja wara l-Mewt
8. IL-KALENDARJ U LHUDI U L-QIMA
  • Il-Postijiet tal-Qima
  • Il-Qima
9. IS-SIBT
  • Is-Sibt illum
  • Is-Sibtijiet Speċjali
10. IL-FESTI LHUD
  • Pesah
  • Xavuot
  • Sukkot
  • Rox Ħaxanah u Jom Kippur
11. JIEM TA’ FERĦ U JIEM TA’ SAWM
  • Ħanukkah
  • Purim
  • Rox Ħodex
  • Tu Bi-Xevat
  • 15 ta’ Av
  • Jom Ħa-Atzmaut
  • Jiem ta’ Sawm
12. ĠRAJJIET IL-ĦAJJA
  • Twelid u Ċirkonċiżjoni
  • Bar Mitzvah
  • Għerusija u Żwieġ
  • Divorzju
  • Mewt u Luttu
13. IL-ĦAJJA DOMESTIKA U L-EDUKAZZJONI
  • Ikel Koxer
  • Edukazzjoni
14. ĦAJJA KOMUNITARJA
  • Il-Ħajja fil-Komunità
  • Twemmin li jidher fil-ħajja
  • Il-Konverżjoni

Kelma tal-aħħar
Appendiċi 1
Appendiċi 2
Biblijografija
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2021. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 100 EUR or more.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 100 EUR or more.
Back to content