Staqsini 20 - Copy - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
OLD titles
STAQSINI 20
Mistoqsijiet u tweġibiet etiċi dwar il-ħajja umana
Awtur: Josef Pace
Kategorija: Pastorali
Numru ISBN: 978-99957-3-075-8
Format: Qoxra ratba
Qjies: 210x148mm
Paġni: 224
Sena: 2018
Prezz: €7.00

Dwar dan il-ktieb:

Quddiem żviluppi daqshekk mgħaġġla li qed iseħħu f ’diversi oqsma xjentifiċi u eknoloġici li l-konverġenzi tagħhom qed iqanqlu mistoqsijiet fundamentali fil-qasam tal-bijoetika, is-socjetà ċivili għandha d-dritt mhux biss li tkun infurmata sewwa b’dak kollu li jista’ jħalli impatt fuq il-ħajja ta’ kull ċittadin, fis-soċjetà in ġenerali u fl-ambjent ta’ madwarna, iżda fuq kollox li jingħatawlha l-ħiliet meħtieġa biex tieħu sehem b’mod attiv fiddikussjonijiet pubbliċi dwar dan il-fenominu ta’ żminijietna. Dan il-ktieb għandu jservi ta’ għodda tajba ta’ informazzjoni għal kull min jaqrah biex b’hekk tissaħħah il-kultura bijoetika ta’ pajjiżna.

Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir għalija li Fr Josef ħa din l-inizjattiva biex jippubblika dan l-ktieb b’għoxrin mistoqsija u tweġiba dwar qasam daqshekk kumpless u kontroversjali bħalma hija l-bijoetika.
(Prof. Fr Emmanuel Agius, mid-daħla)

DAĦLA

INTRODUZZJONI

L-EWWEL KAPITLU
Introduzzjoni ġenerali
Mistoqsija 1: X’nifhmu b’Bijoetika?
Mistoqsija 2: Min hu l-bniedem?
Mistoqsija 3: X’tifsira għandha t-tbatija fil-ħajja tal-bniedem?
Mistoqsija 4: X’inhi kuxjenza?
Mistoqsija 5: X’ihnu l-Prinċipju tal-Effett Doppju?

IT-TIENI KAPITLU
Il-bidu tal-ħajja umana
Mistoqsija 6: X’valur għandha l-ħajja umana?
Mistoqsija 7: X’inhu l-abort?
Mistoqsija 8: Għaliex l-abort hu ħażin?
Mistoqsija 9: X’metodi jintużaw fl-abort?

IT-TIELET KAPITLU
Sterilizzazzjoni, infertilità u teknoloġija riproduttiva
Mistoqsija 10: X’nifhmu b’sesswalità?
Mistoqsija 11: X’inhi sterilizzazzjoni?
Mistoqsija 12: Liema skopijiet ta’ sterilizzazzjoni huma moralment tajbin?
Mistoqsija 13: L-ippjanar tal-familja naturali huwa forma ta’ kontraċezzjoni?
Mistoqsija 14: X’inhi t-teknoloġija ta’ riproduzzjoni artifiċjali u d-djanjożi qabel twelid?
Mistoqsija 15: Liema metodi ta’ riproduzzjoni artifiċjali u djanjożi ta’ qabel it-twelid
huma moralment leċiti?

IR-RABA’ KAPITLU
Tmiem il-ħajja
Mistoqsija 16: X’inhi Ewtanasja?
Mistoqsija 17: X’inhu t-tagħlim tal-Knisja dwar l-ewtanasja?
Mistoqsija 18: Il-pazjent għandu dritt jirrifjuta kura medika?
Mistoqsija 19: X’inhuma advance directives?
Mistoqsija 20: Liema organi jistgħu jkunu trappjantati?

BIBLIJOGRAFIJA
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content