Rivelazzjoni u Profetiżmu fl-Islam - Reliġjon u Ħajja


_______________________________________________________________________________________________________________________
Go to content
Jinteressak dan il-ktieb?
Agħmel kuntatt magħna!

RIVELAZZJONI U PROFETIŻMU FL-ISLÂM
Awtur: Edmund Teuma
Kategorija: Djalogu
Numru ISBN: 978-99957-3-043-7
Format: Qoxra rabta
Qjies: 210x148mm
Paġni: 172
Sena: 2015
Prezz: €6.00

Dwar dan il-ktieb:
Bħall-Islâm li huwa xandar, Muḥammad kien u jibqa’ figura kontroversjali. L-uniċi żewġ dati li għandhom x’jaqsmu miegħu u li dwarhom hemm qbil fost l-istudjużi li mhumiex Musulmani huma s-sena 622, meta Muḥammad u dawk ta’ madwaru telqu lejn al-Madîna, u s-sena 632, meta miet il-profeta tal-Islâm.

Dak li sa jsib il-qarrej fil-paġni li ġejjin huwa frott ta’ dawn iż-żewġ ġrajjiet. Ma jistax jonqos li dan ix-xogħol huwa wieħed ħiereġ minn “pinna Franġiskana”. P. Edmund juri ruħu bħala tassew bin il-Fqajjar t’Assisi li kien bniedem essenzjalment evanġeliku u fl-istess waqt bniedem miftugħ għad-djalogu ma’ kulħadd. Huwa ktieb kemm għall-qarrej Nisrani kif ukoll għal dak Musulman. Għal tal-ewwel biex wieħed jagħraf tabilħaqq min huma dawk li, skont il-Lumen gentium (n. 16) “jistqarru li jħaddnu l-fidi ta’ Abraham, u flimkien magħna jqimu lil Alla wieħed u ħanin, l-imħallef tal-bnedmin fl-aħħar jum.” Għal tat-tieni biex dan jagħraf li l-fidi Nisranija tfisser tgħix dak li għamel u li għallem Sidna Ġesù Kristu, li tħaddet, li għamel għeġubijiet, u li ħabb kemm lil-Lhudi kif ukoll lill-pagan, u li ħallielna bħala liġi unika lilu nnifsu: l-Imħabba.

P. Joseph Ellul (mill-Kelmtejn Qabel)
Kelmtejn qabel

Għajnuna biex taqra t-traskrizzjoni fonetika tal-Għarbi

1. IT-TWELID U T-TFULIJA
  • L-ambjent
  • Il-familja
  • L-esperjenza ma’ Baḥîra
  • Il-karattru ta’ Muḥammad

2. IS-SEJĦA
  • Iż-żwieġ ma’ Hadîja
  • Sinjali qabel ir-rivelazzjoni
  • L-ewwel rivelazzjoni

3. IL-PROFETI TAL-ISLÂM
  • Profeti – Appostli
  • Il-profeti u l-appostli fil-Qur’ân
  • Kull profeta/appostlu fil-Qur’ân
    • 1. Adam
    • 2. Idrîs
    • 3. Noè
    • 4. Hûd
    • 5. Ṣâliḥ
    • 6. Abraham
    • 7. Lot
    • 8. Ismagħel
    • 9. Iżakk
    • 10. Ġakobb
    • 11. Ġużeppi
    • 12. Ġob
    • 13. Šu‘ayb
    • 14. Mosè
    • 15. Aron
    • 16. David
    • 17. Salamun
    • 18. Elija
    • 19. Eliżew
    • 20. Ġona
    • 21. Ḏû-l-Kifl
    • 22. Żakkarija
    • 23. Ġwanni l-Għammied
    • 24. Ġesù
  • Profeti oħra
  • Maryam

4. IL-FEHMA TAL-INSARA MILL-BIDU SA BENEDITTU XVI
  • Is-sinċerità ta’ Muḥammad
  • Il-Lvant fil-qawmien tal-Islâm
  • Il-Punent fiż-Żminijiet tan-Nofs
  • San Franġisk ta’ Assisi u l-Islâm
  • Ir-Rinaxximent
  • Is-sekli 18-19
  • Is-seklu 20
  • Louis Massignon (1883-1962)
  • Il-Konċilju Vatikan II (1962-1965)
  • Il-papat ta’ Pawlu VI
  • Il-papat ta’ Ġwanni Pawlu II
  • Il-papat ta’ Benedittu XVI

5. KRITIKA TAL-KRITIKA
  • Fehmiet lajċi
  • Fehmiet reliġjużi foloz
  • Fehmiet reliġjużi ta’ min jagħti kashom
  • Xi triq sa naqbdu?

6. ISPIRAZZJONI, BIBBJA U QUR’ÂN
  • L-ispirazzjoni biblika
  • Il-kanone bibliku

Għeluq

BIBLJOGRAFIJA
Back to content