Morru għallmu l-ġnus kollha - Reliġjon u Ħajja


_______________________________________________________________________________________________________________________
Go to content
Jinteressak dan il-ktieb?
Agħmel kuntatt magħna!

MORRU GĦALLMU L-ĠNUS KOLLHA
It-tagħlim tal-Knisja miktub u mfisser
mis-suċċessuri ta' San Pietru
Awtur: Alfred Calleja
Kategorija: Fidi
Numru ISBN: 978-99186-0-304-6
Format: Qoxra rabta
Qjies: 210x148mm
Paġni: 104
Sena: 2019
Prezz: €3.50

Dwar dan il-ktieb:

Il-Knisja hija Appostolika għaliex hija mibnija fuq il-pedamenti tal-Appostli, u dawn intbagħtu biex ixandru l-Bxara t-Tajba lill-bnedmin kollha. Għaldaqstant il-Knisja tħares u twassal, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, li jgħammar fiha, it-tagħlim permezz tal-uffiċċju fdat personalment mill-Mulej lil San Pietru, l-ewwel fost l-Appostli. Is-Suċċessuri ta’ San Pietru huma fid-dmir li jgħallmu. Il-Knisja titkellem bil-fidi u bl-esperjenza twila tagħha. Hi titkellem mad-dinja kollha, għax tfittex u tqassam il-ġid veru li mhuwiex ta’ din id-dinja u tkompli l-missjoni ta’ Kristu u l-kmand tal-Mulej li nwasslu l-Bxara t-Tajba lill-bnedmin kollha.
Kelmtejn qabel

  • It-tagħlim tal-Knisja mera ta’ ħajja dejjem ġdida
  • Il-kitbiet tal-Papa huma duwa u fejqan
  • L-enċikliki: toroq ta’ rikostruzzjoni soċjali
  • Il-Knisja: kolonna u sies tas-sewwa
  • Rabta bejn id-drittijiet u d-dmirijiet
  • Il-Knisja pedament tal-verità
  • Il-Konċilju Vatikan II: il-Knisja u t-tibdiliet soċjali
  • Bniedem mingħajr il-libertà reliġjuża huwa bniedem bla dinjità umana
  • Il-Knisja, id-dinja u d-dehra Nisranija tal-iżvilupp
  • Il-għemil ta’ mħabba fiż-żwieġ u l-ippjanar tal-familja
  • L-istorja tal-fidwa tal-bniedem, avvent dejjem imġedded fil-Knisja
  • Morru għallmu l-ġnus kollha
  • Il-Knisja bħal missier l-iben il-ħali: “Tħassru u b’ġirja nxteħet fuq għonqu u biesu”
  • Ix-xogħol huwa dritt u d-dinjità ta’ kull bniedem
  • Il-familja Nisranija hija knisja fil-Knisja ta’ Kristu
  • Is-sehem tal-Verġni Marija fil-pjan tal-fidwa
  • Il-lajċi Nsara magħqudin huma kollaboraturi ma’ Alla
  • Il-Knisja pellegrina hi minnha nnifisha missjunarja
  • Il-moralità u l-evanġelizzazzjoni l-ġdida
  • Il-liġi umana ġejja mil-liġi eterna
  • L-Ewkaristija tmantni u tibni l-Knisja
Back to content