Mergħat - Reliġjon u Ħajja


_______________________________________________________________________________________________________________________
Go to content
Jinteressak dan il-ktieb?
Agħmel kuntatt magħna!

MERGĦAT
Ħsibijiet fuq il-Vanġeli tal-Ħdud u l-Festi
Awtur: Edmund Teuma
Kategorija: Liturġija
Numru ISBN: 978-99957-3-089-5
Format: Qoxra rabta
Qjies: 216x136mm
Paġni: 336
Sena: 2018
Prezz: €7.00

Dwar dan il-ktieb:

F’mergħat kollhom ħdura jqegħedni...
hemm hu jrejjaqni. (Salm 23)

Il-mergħat li fihom jeħodna l-Mulej huma l-Kelma... hu jrejjaqna bl-istess Kelma. Il-Kelma li kienet mill-bidu dik li ħalqet kollox u dik li għadha llum ukoll tissorprendina bħal għajn li qatt ma tintemm. Meta niġi biex inħejji l-omelija tal-Ħadd, Ħadd wara l-ieħor u sena wara l-oħra, nibqa’ mistagħġeb kif din il-Kelma naraha dejjem ĠDIDA. Dejjem tisfidani b’mod differenti. U jalla, la tagħmel hekk miegħi, tagħmel l-istess ma’ min jismagħha.

Din il-Kelma timxi magħna tul ħajjitna kollha... il-Liturġija tal-Knisja hija sewwasew din: il-ħajja l-ġdida fi Kristu permezz tal-Kelma. F’dan il-ktieb sa ssibu riflessjonijiet qosra dwar il-Vanġeli tal-Ħdud u l-Festi matul is-sena liturġika kollha. U jekk il-Kelma kienet fil-bidu u ħalqet kollox, fil-Vanġelu nsibu l-Kelma li ssir bniedem – Ġesù Kristu. Bih kollox kiseb il-perfezzjoni u permezz tiegħu aħna lkoll mifdija.

Patri Edmund Teuma ried jiġbor dawn il-ħsibijiet li kien qed ixerred dan l-aħħar snin fuq il-media soċjali biex ikunu miġbura fi ktieb u jkunu aktar aċċessibbli. Tolqtok l-essenza fil-qosor u ċ-ċarezza fil-ħsieb... għax Missierna San Franġisk jgħallimna li d-diskorsi tagħna jeħtieġ ikunu qosra, u emmnuni meta jkunu qosra u bis-sens iħallu effett aqwa!

Jalla din il-pubblikazzjoni sservi għal kulħadd bħala mixja lejn il-mergħat fejn lkoll inkunu nistgħu nitrejqu bil-Kelma li tagħti l-Ħajja.
Kelmtejn qabel

SENA A

ŻMIEN L-AVVENT U L-MILIED
  • L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Kunu lesti
  • It-Tieni Ħadd tal-Avvent: Il-predikazzjoni ta’ Ġwanni
  • It-Tielet Ħadd tal-Avvent: Is-sinjali messjaniċi
  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent: Ġesù Salvatur tal-poplu
  • Il-Milied ta’ Sidna Ġesù Kristu: Sa mill-bidu: Messija sofferenti
  • Il-Familja Mqaddsa: Mill-Eġittu sejjaħt lil Ibni
ŻMIEN IR-RANDAN U L-GĦID
  • L-Ewwel Ħadd tar-Randan:
    Lill-Mulej Alla tiegħek għandek biss taqdi
  • It-Tieni Ħadd tar-Randan: “Dan hu Ibni l-għażiż isimgħu lilu”
  • It-Tielet Ħadd tar-Randan:
    Emmnu f’Ġesù fuq ix-xhieda tal-mara
  • Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan: “Mur inħasel fis-Silwam”
  • Il-Ħames Ħadd tar-Randan: Kull min jemmen f’Ġesù jgħix
  • Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej: Hosanna lil Bin David
  • Ħamis ix-Xirka. Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej:
    Jum ta’ tifkira
  • Il-Ġimgħa l-Kbira. Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej:
    Refa’ fuqu l-mard tagħna
  • Il-Vġili tal-Għid: Qam mill-Imwiet
  • Ħadd il-Għid: Il-qabar vojt
  • It-Tieni Ħadd tal-Għid: Huma raw u messew, aħna nemmnu
  • It-Tielet Ħadd tal-Għid: Għarfuh fil-qsim tal-ħobż
  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid: Ġesù huwa l-bieb
  • Il-Ħames Ħadd tal-Għid: It-Triq, il-Verità, il-Ħajja
  • Is-Sitt Ħadd tal-Għid: Intom għad tarawni
  • Is-Seba’ Ħadd tal-Għid. Tlugħ il-Mulej fis-sema:
    Ġesù għadu magħna
  • Għid il-Ħamsin: Ħudu l-Ispirtu s-Santu
  • It-Trinità Qaddisa: Alla ta lil Ibnu l-waħdieni
  • It-Tifkira tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu: Jiena l-ħobż il-ħaj
ŻMIEN MATUL IS-SENA
  • L-Ewwel Ħadd ta’ matul is-sena. Il-Magħmudija tal-Mulej:
    Dan hu Ibni l-Għażiż
  • It-Tieni Ħadd ta’ matul is-sena: Araw il-Ħaruf ta’ Alla
  • It-Tielet Ħadd ta’ matul is-sena:
    Is-Saltna tas-Smewwiet waslet
  • Ir-Raba’ Ħadd ta’ matul is-sena: Henjin il-foqra fl-ispirtu
  • Il-Ħames Ħadd ta’ matul is-sena:
    Melħ tal-art – dawl tad-dinja
  • Is-Sitt Ħadd ta’ matul is-sena: Iva, iva, u le, le
  • Is-Seba’ Ħadd ta’ matul is-sena: Kunu perfetti
  • It-Tmien Ħadd ta’ matul is-sena: L-ewwel Alla, imbagħad...
  • Id-Disa’ Ħadd ta’ matul is-sena: Talb u għemejjel
  • L-Għaxar Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jiġri wara l-midinbin
  • Il-Ħdax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Is-salvazzjoni waslet
  • It-Tnax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Xandru l-Kelma
  • It-Tlettax-il Ħadd ta’ matul is-sena: It-triq tan-Nisrani
  • L-Erbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: L-għerf ta’ Alla
  • Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    Nilqgħu l-grazzja ta’ Alla
  • Is-Sittax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Is-Saltna tas-Smewwiet
  • Is-Sbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Aktar dwar is-Saltna
  • It-Tmintax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    “Agħtuhom intom x’jieklu”
  • Id-Dsatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: “Salvani, Mulej”
  • L-Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    “Ħenn għalija, Mulej, Bin David”
  • Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Min hu Ġesù għalina?
  • It-Tnejn u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Is-salib iwassal għall-glorja
  • It-Tlieta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Il-korrezzjoni bejn l-aħwa
  • L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena: Maħfra
  • Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Is-Salvazzjoni tingħata b’xejn
  • Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Ngħidu “iva” u ngħixuha
  • Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    L-għalqa tad-dwieli
  • It-Tmienja u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena: L-ikla tat-tieġ
  • Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Nisrani tajjeb hu ċittadin tajjeb
  • It-Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Ma jħobbx lil Alla min ma jħobbx lil għajru
  • Il-Wieħed u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Il-Mulej jħobb lill-umli
  • It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Ħejju ruħkom għax ma tafux meta
  • It-Tlieta u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Nishru u naqdu dmirna
  • L-Erbgħa u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena.
    Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu:
    Kristu hu l-Kelma ħallieqa ta’ Alla

SENA B

ŻMIEN L-AVVENT U L-MILIED
  • L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Ma nafux meta sa jiġi sid id-dar
  • It-Tieni Ħadd tal-Avvent: Ħejju t-triq tal-Mulej
  • It-Tielet Ħadd tal-Avvent: Ġwanni u Ġesù
  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent: It-tħabbira
  • Il-Milied ta’ Sidna Ġesù Kristu: Marru jgħaġġlu
  • Il-Familja Mqaddsa: “Sa jkun sinjal li jmeruh”
ŻMIEN IR-RANDAN U L-GĦID
  • L-Ewwel Ħadd tar-Randan: Ġesù mġarrab fid-deżert
  • It-Tieni Ħadd tar-Randan: It-Trasfigurazzjoni
  • It-Tielet Ħadd tar-Randan: Ġesù t-Tempju ta’ Alla
  • Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan:
    Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva
  • Il-Ħames Ħadd tar-Randan:
    Kristu msallab jiġbed il-bnedmin kollha lejh
  • Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej:
    Imbierek min ġej f’isem il-Mulej
  • Ħamis ix-Xirka. Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej:
    It-twaqqif tal-Ewkaristija
  • Il-Ġimgħa l-Kbira. Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej:
    Ġesù, il-Qassis il-Kbir
  • Il-Vġili tal-Għid: Inwasslu ’l Kristu Rxoxt lill-oħrajn
  • Ħadd il-Għid: Għarfuh fil-qsim tal-ħobż
  • It-Tieni Ħadd tal-Għid: Il-ħajja tal-ewwel Insara
  • It-Tielet Ħadd tal-Għid: Xhieda ta’ Kristu Rxoxt
  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid: Ir-ragħaj it-tajjeb
  • Il-Ħames Ħadd tal-Għid: Ġesù d-dielja
  • Is-Sitt Ħadd tal-Għid: “Ibqgħu fl-imħabba tiegħi”
  • Is-Seba’ Ħadd tal-Għid. Tlugħ il-Mulej fis-sema:
    Il-missjoni f’idejn l-Appostli
  • Għid il-Ħamsin: L-Ispirtu tal-verità
  • It-Trinità Qaddisa: Alla familja ta’ mħabba
  • It-Tifkira tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu:
    “Dan hu Ġismi. Dan hu Demmi”
ŻMIEN MATUL IS-SENA
  • L-ewwel Ħadd ta’ matul is-sena. Il-Magħmudija tal-Mulej:
    Huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu
  • It-Tieni Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù l-Messija
  • It-Tielet Ħadd ta’ matul is-sena:
    Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba
  • Ir-Raba’ Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jgħallem bis-setgħa
  • Il-Ħames Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù fejjieq
  • Is-Sitt Ħadd ta’ matul is-sena: Il-fidi tfejjaq
  • Is-Seba’ Ħadd ta’ matul is-sena:
    Ġesù Salvatur tar-ruħ u l-ġisem
  • It-Tmien Ħadd ta’ matul is-sena: Il-bidla li ġab Ġesù
  • Id-Disa’ Ħadd ta’ matul is-sena: Is-Sibt sar għall-bniedem
  • L-Għaxar Ħadd ta’ matul is-sena: Min huma ħut Ġesù?
  • Il-Ħdax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    Saltna ċkejkna b’qawwa moħbija
  • It-Tnax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    Kristu jaħkem fuq il-Ħolqien
  • It-Tlettax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    Kristu jaħkem fuq il-Mewt
  • L-Erbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Profeta mhux milqugħ
  • Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Il-missjoni tal-appostli
  • Is-Sittax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    Ġesù mgħallem qatt għajjien
  • Is-Sbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jħenn u jitma’
  • It-Tmintax-il Ħadd ta’ matul is-sena: X’aħna nfittxu f’ Ġesù?
  • Id-Dsatax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    Ġesù hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema
  • L-Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    L-Ewkaristija dewqien tal-eternità
  • Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    “Tridux tmorru intom ukoll?”
  • It-Tnejn u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    L-ispirtu tal-liġi jew it-tradizzjonijiet?
  • It-Tlieta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Smigħ lit-torox, kliem lill-imbikkmin
  • L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    “Min tgħidu li jien?”
  • Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Qaddejja ta’ kulħadd
  • Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Nagħrfu l-Mulej fl-oħrajn
  • Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    It-tnejn isiru ġisem wieħed
  • It-Tmienja u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Il-bniedem irid jagħżel
  • Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Nifhmu xi jrid Ġesù
  • It-Tletin Ħadd ta’ matul is-sena: Id-dlam u d-dawl
  • Il-Wieħed u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
    L-akbar u l-ewwel kmandament
  • It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Ma nkunux aħna wkoll bħall-“Kittieba”
  • It-Tlieta u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena: Il-Mulej fil-qrib
  • L-Erbgħa u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena.
    Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu:
    Saltna ta’ verità

SENA Ċ

ŻMIEN L-AVVENT U L-MILIED
  • L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Inħejju ruħna
  • It-Tieni Ħadd tal-Avvent: Leħen jgħajjat fid-deżert
  • It-Tielet Ħadd tal-Avvent: “Agħmlu penitenza”
  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent: Minn Nazaret sa Ġerusalemm
  • Il-Milied ta’ Sidna Ġesù Kristu: Il-Verb sar Bniedem
  • Il-Familja Mqaddsa: “Jeħtieġli nkun f’dak li hu ta’ Missieri”
ŻMIEN IR-RANDAN U L-GĦID
  • L-Ewwel Ħadd tar-Randan: Żmien id-deżert
  • It-Tieni Ħadd tar-Randan: Il-glorja tal-Mulej
  • It-Tielet Ħadd tar-Randan: Il-Mulej jistenna bis-sabar
  • Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan: Il-Mulej tal-ħniena
  • Il-Ħames Ħadd tar-Randan: Il-liġi tal-maħfra
  • Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej: Kristu Sultan
  • Ħamis ix-Xirka. Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej:
    “Kif għamilt jien, hekk agħmlu intom ukoll”
  • Il-Ġimgħa l-Kbira. Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej:
    “Mejjel rasu u radd ruħu”
  • Il-Vġili tal-Għid: “Għala tfittxu qalb il-mejtin lil min hu ħaj?”
  • Ħadd il-Għid: Il-Bxara t-Tajba tixxandar lill-pagani
  • It-Tieni Ħadd tal-Għid: Il-ħidma tal-Appostli
  • It-Tielet Ħadd tal-Għid:
    Setgħa mibnija fuq l-imħabba u l-qadi
  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid: Ir-ragħaj jagħraf in-nagħaġ
  • Il-Ħames Ħadd tal-Għid: Is-salib hu l-glorja ta’ Kristu
  • Is-Sitt Ħadd tal-Għid: L-imħabba ta’ Kristu
  • Is-Seba’ Ħadd tal-Għid. Tlugħ il-Mulej fis-sema:
    Issa l-missjoni f’idejn id-dixxipli
  • Għid il-Ħamsin: L-Ispirtu s-Santu jgħallimna kollox
  • It-Trinità Qaddisa: Tliet persuni Alla wieħed
  • It-Tifkira tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu:
    Ikel għal kull min jemmen
ŻMIEN MATUL IS-SENA
  • L-Ewwel Ħadd ta’ matul is-sena. Il-Magħmudija tal-Mulej:
    Isiru wlied adottivi ta’ Alla
  • It-Tieni Ħadd ta’ matul is-sena: Festa ta’ salvazzjoni
  • It-Tielet Ħadd ta’ matul is-sena: Il-bxara t-tajba lill-fqajrin
  • Ir-Raba’ Ħadd ta’ matul is-sena: Salvazzjoni għal kulħadd
  • Il-Ħames Ħadd ta’ matul is-sena: Sajjieda tal-bnedmin
  • Is-Sitt Ħadd ta’ matul is-sena:
    Henjin intom... ħażin għalikom
  • Is-Seba’ Ħadd ta’ matul is-sena:
    “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom”
  • It-Tmien Ħadd ta’ matul is-sena:
    “Minn fomm il-bniedem joħroġ dak li jfur mill-qalb”
  • Id-Disa’ Ħadd ta’ matul is-sena:
    “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi”
  • L-Għaxar Ħadd ta’ matul is-sena:
    Il-ħniena tal-Mulej ixandruha d-dixxipli
  • Il-Ħdax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    Min jinħafirlu ħafna jħobb ħafna
  • It-Tnax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    “Inti l-Messija ta’ Alla”
  • It-Tlettax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jrid kollox
  • L-Erbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: In-Nisrani bin is-sliem
  • Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    M’hemmx għedewwa iżda aħwa
  • Is-Sittax-il Ħadd ta’ matul is-sena: L-aħjar sehem
  • Is-Sbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Talb fil-qosor iżda spiss
  • It-Tmintax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
    Ġesù jqassam biss ġid spiritwali
  • Id-Dsatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Henjin aħna jekk nishru
  • L-Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jifred
  • Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Ftit huma dawk li jsalvaw?
  • It-Tnejn u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Kun umli; kun ġeneruż fl-għotjiet tiegħek
  • It-Tlieta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Għan-Nisrani veru Kristu l-ewwel
  • L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Il-ħniena ta’ Alla bla tarf
  • Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Lil min sa naqdu: lil Alla jew lill-flus?
  • Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Tal-aħħar jiġu l-ewwel
  • Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena: Ngħixu l-fidi
  • It-Tmienja u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Irroddu ħajr lil Alla
  • Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Nitolbu bla waqfien
  • It-Tletin Ħadd ta’ matul is-sena: Min jitkabbar jiċċekken
  • Il-Wieħed u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
    “F’din id-dar illum daħlet is-salvazzjoni”
  • It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
    Alla hu Alla tal-ħajjin
  • It-Tlieta u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena: Kull mibdi mitmum
  • L-Erbgħa u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena.
    Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu:
    Dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla

SOLENNITAJIET U FESTI
  • 1 ta’ Jannar. MARIJA OMM ALLA:
    Kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb
  • 6 ta’ Jannar jew il-Ħadd wara l-Ewwel tas-Sena.
    L-Epifanija tal -Mulej: Ġew mill-bogħod
  • 2 ta’ Frar. Il-Preżentazzjoni tal -Mulej:
    “Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek”
  • 10 ta’ Frar. L-Appostlu Missierna San Pawl:
    “Morru fid-dinja kollha”
  • 19 ta’ Marzu. San Ġużepp Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija:
    “Int issemmih Ġesù”
  • 24 ta’ Ġunju. It-Twelid ta ’ San Ġwann Battista:
    “Ġwanni jkun jismu”
  • 29 ta’ Ġunju. San Pietru u San Pawl, Appostli:
    Il-kolonni tal-Knisja
  • 6 ta’ Awwissu. It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej: Isimgħu lilu
  • 15 ta’ Awwissu. Il-Verġni Marija Mtellgħa fis-sema:
    “Hienja dik li emmnet”
  • 14 ta’ Settembru. L-EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES:
    Ta lil Ibnu l-waħdieni
  • 1 ta’ Novembru. IL-QADDISIN KOLLHA: Ix-xirka tal-qaddisin
  • 2 ta’ Novembru. L-GĦID TAL-IMWIET: Henjin
  • 9 ta’ Novembru.
    IL-KONSAGRAZZJONI TAL-BAŻILKA TAL-LATERAN:
    Il-Knisja hi ffurmata mill-Insara
  • 8 ta’ Diċembru.
    IT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA:
    Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir
Back to content