L-opri tal-ħniena - Reliġjon u Ħajja


_______________________________________________________________________________________________________________________
Go to content
Ħarsa
ġewwa
Jinteressak dan il-ktieb?
Agħmel kuntatt magħna!
L-OPRI TAL-ĦNIENA
MFISSRA LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Awtur: Grupp Il Sicomoro
(Kitba: Silvia Vecchini - Illustrazzjonijiet: Antonio Vincenti)
Traduttur: Terence Portelli
Kategorija: Tfal
Numru ISBN: 978-99957-3-057-4
Format: Qoxra rabta
Qjies: 216x141mm
Paġni: 64
Sena: 2016
Prezz: €7.00

Dwar dan il-ktieb:

L-Insara dejjem mistiedna jaħsbu u jgħixu b’aktar impenn l-opri tal-ħniena li jmissu l-ġisem u lir-ruħ. F’dan il-ktieb, it-tnax-il opra tal-ħniena huma mfissra liż-żgħażagħ b’mod ħafif, permezz ta’ rakkonti mill-Bibbja, stejjer b’rabta mal-ħajja tal-qaddisin, talb, xi spunti għal riflessjoni personali, u kliem il-Papa Franġisku.
L-opri tal-ħniena

L-opri tal-ħniena li jmissu l-ġisem
1. Itma’ lil min hu bil-ġuħ
2. Isqi lil min hu bil-għatx
3. Libbes lil min hu għeri
4. Ilqa’ lil min hu bla dar
5. Żur il-morda
6. Żur il-ħabsin
7. Idfen il-mejtin

L-opri tal-ħniena li jmissu r-ruħ
1. Agħti parir tajjeb lill-ħosbenin
2. Għallem lil min ma jafx
3. Widdeb lill-midinbin
4. Farraġ lill-imnikktin
5. Aħfer il-ħtijiet
6. Ħu sabar b’min idejqek
7. Itlob lil Alla għall-ħajjin u għall-mejtin

Ejjew, imberkin minn missieri!

Back to content