L-Għuda tas-salib - Reliġjon u Ħajja


_______________________________________________________________________________________________________________________
Go to content
Jinteressak dan il-ktieb?
Agħmel kuntatt magħna!

L-GĦUDA TAS-SALIB
Dun Karm Decelis
Fra Umile Pintorno
u Fra Innocenzo minn Petralia
Awtur: Eman Bonnici
Kategorija: Ħajjiet
Numru ISBN: 978-99957-3-047-5
Format: Qoxra rabta
Qjies: 191x126mm
Paġni: 48
Sena: 2015
Prezz: €2.00

Dwar dan il-ktieb:

Ghalkemm f’ħajtu Dun Karm Decelis ma kellu xejn x’jaqsam direttament ma’ Fra Umile u Fra Innocenzo minn Petralia, f’dan il-ktejjeb qed nippreżentaw il-ħajja tat-tlieta li huma fil-qosor għax hemm ħaġa li torbothom flimkien: il-Belt Valletta. L-ewwel wieħed għex, ħadem u miet hemm, u hemm jinsab midfun. It-tnejn l-oħra għandhom rabta mal-Kurċifiss miqjum fil-knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta, l-ewwel wieħed hu l-ideatur u l-ieħor fir-realtà ħadmu. Fuq kollox dan is-Salib jorbothom it-tlieta flimkien: Dun Karm żamm f’moħħu fuq is-sodda tal-mewt li Kristu miet imsallab ma’ għuda u ma riedx imut fil-kumdità ta’ sodda, u t-tnejn l-oħra, bil-ħila artistika tagħhom, ħallew Kruċifissi tant devoti f’diversi postijiet fl-Italja u f’Malta. Lil Dun Karm iż-żmien qabad inessih - li huwa dnub meta wieħed jaħseb – u dawn il-paġni għandhom l-għan li jfakkruh jew jintroduċuh lil min qed jaqra. It-tnejn l-oħra ż-żmien ukoll għamel tiegħu fuqhom, għax filwaqt li Fra Umile għadu jissemma fil-kitbiet u xi drabi anki b’mod devozzjonali, dwar Fra Innocenzo ma nafu prattikament xejn. Din mhi bijografija dettaljata ta’ ħadd minnhom, imma sempliċiment ħjiel dwar ħajjithom u ħidmiethom fl-għalqa wiesgħa tal-Mulej.
(Id-Daħla tal-Awtur)
Daħla

  • DUN KARM DECELIS
    • Il-knisja ta’ Santa Luċija fil-Belt
    • L-ewwel snin ta’ ħajtu
    • Il-karitajiet ta’ Dun Karm
    • Il-kolera tal-1865
    • Agunija, mewt u difna
    • Ħolma mhux tas-soltu
    • Eżumazzjoni tal-fdal
    • Il-fdal meħud lejn il-Belt

  • FRA UMILE PINTORNO
    • Il-knisja ta’ Ġieżu fil-Belt
    • Twelid u żgħożija ta’ Fra Umile
    • Xogħlijiet ta’ Fra Umile
    • Il-qdusija ta’ Fra Umile
    • Il-mewt ta’ Fra Umile

  • FRA INNOCENZO MINN PETRALIA
    • Fra Innocenzo minn Petralia
    • Xogħlijiet ta’ Fra Innocenzo

Kelmtejn tal-Għeluq

BIBLJOGRAFIJA
Back to content