Il-ħajja moħbija ta' Ġesù - Reliġjon u Ħajja


_______________________________________________________________________________________________________________________
Go to content
Jinteressak dan il-ktieb?
Agħmel kuntatt magħna!

IL-ĦAJJA MOĦBIJA TA' ĠESÙ
Għażla ta' Vanġeli Apokrifi
Awtur: Edmund Teuma
Kategorija: Bibbja
Numru ISBN: 978-9918-603-07-7
Format: Qoxra rabta
Qjies: 210x148mm
Paġni: 336
Sena: 2019
Prezz: €7.00

Dwar dan il-ktieb:

Il-ktieb “Il-Ħajja Moħbija ta’ Ġesù” tal-Patri Franġiskan Konventwal Edmund Teuma, huwa uniku fl-istil tiegħu bħala riċerka u ġabra dwar il-kotba apokrifi bl-ilsien Malti. L-awtur qiegħed jippreżentalna ġabra ta’ kitbiet dwar it-tfulija u l-passjoni ta’ Kristu mil-lenti ta’ dawn il-kitbiet, li jinsabu ’l barra mil-lista kanonika u ispirata tal-Bibbja, iżda li huma kitbiet li dejjem ħolqu kurżità u interess u servew bħala leġġendi fil-bidu tal-Kristjaneżmu, kif ukoll ħallew l-influwenzi tagħhom fit-tjieba popolari u fl-arti sagra.
(mill-Kelmtejn qabel)

Kelmtejn qabel

Kitbiet Apokrifi

Lista ta’ kitbiet apokrifi
Vanġeli tat-tfulija
Vanġeli Lhud-Insara
Vanġeli Njostiċi
Vanġeli tal-Passjoni
Vanġeli apokrifi oħrajn

Vanġeli tat-tfulija
Il-Protovanġelu ta’ Ġakbu
Il-Vanġelu tal-Psewdo-Mattew
Il-Vanġelu tat-tfulija skont Tumas
Il-Vanġelu ta’ Bartilmew
Il-Vanġelu Għarbi tat-tfulija
Il-kodiċi Arundel 404
Il-ktieb fuq it-Twelid ta’ Marija
Il-ġrajja ta’ Ġużeppi l-mastrudaxxa

Il-Vanġeli tal-passjoni
Il-Vanġelu ta’ Gamaljel
Il-Vanġelu ta’ Nikodemu
Il-Vanġelu ta’ Pietru
Stqarrija ta’ Ġużeppi ta’ Arimatija
Back to content