Gaudete et Exsultate - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
Titli
Dokumenti
PAPA FRANĠISKU
This product is unavailable.
€ 7.00
Add
Dokumenti
PAPA FRANĠISKU
This product is unavailable.
€ 4.00
Add
Dwar dan il-ktieb:

L-Eżortazzjoni Appostolika Gaudete et Exsultate  hi indirizzata personalment lil kull wieħed u waħda minna. Il-Papa Franġisku juża l-lingwaġġ li nitkellmu bih ma’ ħbiebna jew qrabatna. B’hekk, il-Papa Franġisku qed jagħmlilna stedina personali biex nimxu wara Ġesù. Il-Papa juża apposta lingwaġġ lajk u jagħmel stedina lajka bl-iskop li jilħaq lin-nies tad-dinja, li jilħaq lil min għandu xogħol u familja u ħajja mimlja impenji u pressjonijiet differenti. Il-Papa Franġisku jgħid li hemm bżonn ta’ qalb miftuħa u x-xewqa li wieħed jgħaddi ħin mal-Mulej, fit-talb u l-qari tal-Evanġelju. Irid ukoll li n-nies isiru jafu li fil-Knisja hemm dak kollu li jeħtieġu biex jitqaddsu, u li dan qiegħed hemm għal dawk kollha li jixtiquh. Jurina wkoll, b’mod prattiku ħafna, kif għandu jsir dan il-vjaġġ lejn il-qdusija u kif dan jagħtina l-ħajja u jagħmilna aktar umani.
Werrej:

L-EWWEL KAPITLU [1-34]
IS-SEJĦA GĦALL-QDUSIJA
- Il-qaddisin li jagħmlulna l-qalb u jimxu magħna
- Il-qaddisin tal-bieb ta’ maġenbna

- Il-Mulej isejjaħ
- Għalik ukoll
- Il-missjoni tiegħek fi Kristu
- Il-ħidma li tqaddes
- Iżjed ħajjin, iżjed bnedmin

IT-TIENI KAPITLU [35-62]
ŻEWĠ GĦEDEWWA SOTTILI TAL-QDUSIJA
- L-Injostiċiżmu tal-lum
- Moħħ mingħajr Alla u mingħajr ġisem
- Duttrina mingħajr misteru
- Il-limiti tar-raġuni
- Il-Pelaġjaniżmu tal-lum
- Rieda mingħajr umiltà
- Tagħlim tal-Knisja li hu spiss minsi
- Il-Pelaġjani ġodda
- Il-ġabra tal-Liġi

IT-TIELET KAPITLU [63-109]
GĦAD-DAWL TAL-IMGĦALLEM
- Kontra l-kurrent
- “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”                                                                                             
- “Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art”
- “Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa”
- “Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin”
- “Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena”
- “Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla”
- “Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla”
- “Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”
- Ir-regola l-kbira tal-imġiba
- B’fedeltà lejn l-Imgħallem
- L-ideoloġiji li jnaqqru mill-qalb tal-Evanġelju
- Il-qima li togħġbu l-iżjed

IR-RABA’ KAPITLU [110-157]
XI KARATTERISTIĊI TAL-QDUSIJA FID-DINJA TAL-LUM
- Nissaportu, nistabru u nuru ħlewwa
- Il-ferħ u s-sens ta’ umoriżmu
- Kuraġġ u ħeġġa
- Fil-komunità
- Nitolbu l-ħin kollu

IL-ĦAMES KAPITLU [158-177]
TAQBIDA, SAHRA U DIXXERNIMENT
- It-taqbida u s-sahra
- Xi ħaġa iżjed minn mit
- Imqajma u kollna fiduċja
- Il-korruzzjoni spiritwali
- Id-dixxerniment
- Ħtieġa urġenti
- Dejjem għad-dawl tal-Mulej
- Don sopranaturali
- Tkellem, Mulej
- Il-loġika tad-don u tas-salib

APPENDIĊI
Ittra Placuit Deo
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content