Beata Marija Kristina ta' Savoia - Reliġjon u Ħajja


_______________________________________________________________________________________________________________________
Go to content
Jinteressak dan il-ktieb?
Agħmel kuntatt magħna!

BEATA MARIJA KRISTINA TA' SAVOIA
Awtur: Eman Bonnici
Kategorija: Ħajjiet
Numru ISBN: 978-99957-3-093-2
Format: Qoxra rabta
Qjies: 191x126mm
Paġni: 64
Sena: 2019
Prezz: €2.00

Dwar dan il-ktieb:

Forsi mhijiex ħaġa daqstant komuni li ngħoddu fost il-qaddisin u l-beati ta’ żmienna membri ta’ familji irjali. Għadd ta’ pajjiżi, madankollu, jgħoddu fost l-akbar qaddisin tagħhom, rejiet u rġejjen, li sal-lum għad għandhom bosta devoti: Sant’Elena, Imperatriċi ta’ Konstantinopli; San Knud, Patrun tad-Danimarka; Santa Margerita “Il-Perla tal-Iskozja”; San Dwardu “l-Konfessur” tal-Ingilterra; Sant’Edwiġ u Santa Kunegunda tal-Polonja; San Lwiġi IX ta’ Franza; San Stiefnu I, Sant’Eliżabetta u Santa Margerita tal-Ungerija; San Venċeslaw u Sant’Anjeże tal-Boemja; Santa Klotilde tal-Franki; u Sant’Eliżabetta tal-Portugall. L-aktar membru rjali qrib tagħna f’dak li hu żmien, mgħolli għall-glorji tal-altari bħala beatu, huwa Karlu I, l-aħħar Imperatur tal-Awstrija u Re tal-Ungerija, li miet eżiljat fuq il-gżira ta’ Madeira fl-1 ta’ April 1922. Martu, l-Imperatriċi Żita ta’ Bourbon-Parma, li wara l-mewt ta’ żewġha ħadet ħsieb it-trobbija tal-familja numeruża tagħha u li mietet f’età venerabbli fl-14 ta’ Marzu 1989 mingħajr qatt ma reġgħet iżżewġet, illum hija wkoll kandidata għall-beatifikazzjoni. Il-personaġġ tagħna tal-lum, jeħodna seklu qabel din l-aħħar koppja. Membru tad-Dar ta’ Savoia, ir-Reġina Marija Kristina għexet bejn l-1812 u l-1836, ħajja li minkejja li kienet waħda qasira, kienet twila biżżejjed biex ’il quddiem issir magħrufa l-qdusija tagħha. Fil-lista twila tal-membri tagħha, tajjeb ngħidu li d-Dar ta’ Savoia tgħodd ukoll fost l-antenati tagħha, għadd ta’ figuri oħra mogħnija bil-qdusija.
(MId-Daħla tal-Awtur)
Daħla

  • Id-Dar ta’ Savoia
  • Il-ġenituri ta’ Marija Kristina
  • Twelid u trobbija
  • L-abdikazzjoni tar-Re
  • Minn tifla għal xebba
  • Iż-żwieġ ta’ Marija Kristina u Ferdinandu
  • Marija Kristina f’Napli
  • Aktar dwar Ferdinandu u Kristina
  • It-tnissil tal-werriet tat-tron
  • Mewt ir-“Reġinella Qaddisa”
  • “Qaddisa, Qaddisa!”

Għeluq
Biblijografija
Back to content